F’kumment fuq il-blog tiegħu ta’ kull ġimgħatejn wara l-invażjoni li għamlet ir-Russja tal-Ukrajna, il-MPE Laburista Alfred Sant iddeskriva l-invażjoni li għamlet ir-Russja tal-Ukrajna bħala ksur flagranti tal-liġi internazzjonali, li jammonta għal att ta’ aggressjoni li jistħoqqilha kundanna totali. Dan se jagħmel ħsara serja lill-interessi tar-Russja stess huwa wissa. Filwaqt li r-Russja kellha ilmenti leġittimi dwar kif il-Punent kien ittratta t-talbiet tiegħu għas-sigurtà, dan bl-ebda mod ma jiġġustifika l-invażjoni Russa.

Aktar kmieni, waqt dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew li sar fi Strasburgu qabel ir-Russja invadiet l-Ukrajna, Alfred Sant appella biex l-Ewropa tiżviluppa relazzjoni fit-tul mar-Russja li tagħmel sens.

Id-dibattitu plenarju ffoka fuq is-sigurtà Ewropea u t-theddida militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fiha, il-kapijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea kienu enfasizzaw li jekk ir-Russja tagħżel il-gwerra, l-Unjoni Ewropea tkun ippreparata għaliha.

Fid-diskors tiegħu, l-eks Prim Ministru u l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista tas-S&D Sant stqarr li jekk ir-Russja tinvadi l-Ukrajna, tkun qed tagħmel żball kbir, li jagħmel ħsara kbira lill-pożizzjoni u l-interessi tagħha. Madanakollu, huwa fakkar li r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ progress attwali ma setgħetx titpoġġa biss fuq ir-Russja iżda wkoll fuq il-potenzi tal-Punent li konsistentement jemmnu li kellhom il-vantaġġ fi kwalunkwe konfront fit-tul bejn it-tnejn.

Sant irrimarka li matul is-snin, il-potenzi tal-Punent injoraw it-tħassib leġittimu tar-Russja dwar is-sigurtà tagħha, intervjenew fl-ekonomija tagħha u kisru l-wegħdiet miftuħa tagħhom li ma jestendux il-firxa militari tagħhom fl-Ewropa. Meta dan b’dispjaċir għen biex jippromwovi awtoritarjaniżmu fil-governanza tar-Russja, il-poteri tal-Punent kkonsolidaw il-konfront. B’riżultat ta’ dan is-sigurtà leġittima u tħassib ieħor tal-ġirien tar-Russja saru ristretti u dan ġiegħlhom iduru għand in-NATO għall-protezzjoni.


Russia’s invasion of the Ukraine amounts to flagrant breach of international law – Alfred Sant

In a comment on his bi-weekly blog following the Russian invasion of the Ukraine, Labour MEP Alfred Sant described Russia’s invasion of the Ukraine as a flagrant breach of international law, amounting to an act of aggression that deserves total condemnation. It will seriously damage Russia’s own interests he warned. While Russia had legitimate grievances about how the West had dealt with its security demands, this in no way justifies the Russian invasion.

Earlier, during a debate in the plenary of the European Parliament held in Strasbourg before Russia invaded the Ukraine, Alfred Sant called for Europe to develop a long-term meaningful relationship with Russia. 

The plenary debate focused on European security and Russia’s military threat against Ukraine. In it, the heads of the European Parliament and the European Commission had emphasized that should Russia choose war, the European Union would be prepared for it.

In his speech, former Prime Minister and Head of the Labour S&D Delegation Sant stated that if Russia invades Ukraine, it would be making a gross mistake, which would greatly damage her standing and interests. However, he recalled that the responsibility for the current impasse could not be put only on Russia but also on Western powers which consistently believed they held the upper hand in any long term face-off between the two.

Sant pointed out that over the years, Western powers ignored Russia’s legitimate concerns about its security, intervened in its economy and broke their open-ended promises not to extend their military reach in Europe. When this helped promote a regrettable authoritarianism in Russia’s governance, the Western powers consolidated the face-off. As a result, the legitimate security and other concerns of Russia’s neighbours became constrained making them turn to NATO for protection.

 

russia invades ukrain

L-invażjoni li għamlet ir-Russja tal-Ukrajna tammonta għal ksur flagranti tal-liġi internazzjonali – Alfred Sant

F’kumment fuq il-blog tiegħu ta’ kull ġimgħatejn wara l-invażjoni li għamlet ir-Russja tal-Ukrajna, il-MPE Laburista Alfred Sant iddeskriva l-invażjoni li ...
Read More
hacker

Iċ-ċibersigurtà m’għandhiex tiskoraġġixxi lill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej milli jisfruttaw teknoloġija avvanzata

Waqt li kien mistieden bħala wieħed mill-kelliema biex jindirizza id-9 Konferenza Annwali tal-QED dwar iċ-Ċibersigurtà fi Brussell, Alfred Sant qal ...
Read More
summit

Sant jappella għal approċċ imfassal apposta mill-UE li jwieġeb għall-problemi konkreti tal-pajjiżi Afrikani

Fl-intervent tiegħu fid-dibattitu tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika, l-eks Prim Ministru u Kap tad-Delegazzjoni ...
Read More
expenses

Sant jisħaq fuq l-importanza li nkomplu nippromwovu l-ekwità permezz ta’ rati mnaqqsa tal-VAT

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant ivvota favur rapport dwar l-implimentazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-VAT. Adottata fl-1977, is-Sitt Direttiva tal-VAT hija parti ċentrali ...
Read More