L-Iran għadu jistenna x’se tagħmel l-UE dwar ix-xiri taż-żejt wara s-sanzjonijiet li ħabbret l-Istati Uniti, qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan Mohammad Javad Zarif. Dan wara li Air France, British Airways u l-linja tal-ajru Daniża KLM ħabbru li se jwaqqfu r-rotot tagħhom lejn il-kapitali Iranjana lejn tmiem Settembru minħabba li r-rotta “mhix kummerċjalment vijabbli”.  Il-British Airways qalet li d-deċiżjoni tagħha mhux relatata mas-sanzjonijiet tal-Istati Uniti fuq l-Iran, li qanqlu bosta negozji barranin jirtiraw minn dan il-pajjiż.

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu laqa’ din id-deċiżjoni u qal li “l-Iran ma għandhiex tkun ippremjata għall-aggressjoni li qed twettaq fir-reġjun.”

L-Air France reġgħet bdiet topera lejn Tehran f’April 2016 wara l-ftehim bejn l-Iran u forzi internazzjonali oħra li iggarantixxa t-tneħħija tas-sanzjonijiet fuq l-Iran jekk ir-Repubblika Islamika twaqqaf l-armamenti nukleari.

Lufthansa u Alitalia huma fost il-kumpaniji Ewropej li għalissa żammew ir-rotta lejn Tehran.

L-Istati Uniti f’Mejju ħabbret li kienet se tabbanduna l-ftehim nukleari u li kienet se terġa’ timponi s-sanzjonijiet fuq Tehran f’żewġ fażijiet f’Awwissu u Novembru.

Il-pajjiżi l-oħra li ħadu sehem fil-ftehim nukleari – Gran Brittanja, Ġermanja, Franza, Ċina u Russja – wiegħdu li se jżommu mal-ftehim, iżda l-kumpaniji tagħhom jistgħu jeħlu penali ħorox mill-Istati Uniti jekk se jibqgħu jagħmlu l-kummerċ fl-Iran.

Il-kumpanija Franċiża taż-żejt Total ħabbret li se tirtira minn proġett multi-biljunarju tal-gass fl-Iran. Kumpaniji kbar internazzjonali diġa` ħabbru l-irtirar tagħhom mis-suq Iranjan fosthom il-manifattur tal-karozzi ĠermaniżI Daimler, Deutsche Telekom u Deutsche Bahn.

MANIFEST KONTRA L-IMMIGRAZZJONI

L-Italja u l-Ungerija ħabbru li se jħejju Manifest kontra l-Immigrazzjoni li mistennija tintuża bħala pjattaforma fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju tas-sena ...
Read More

KRIŻI ISTITUZZJONALI DWAR L-IMMIGRAZZJONI

L-UE għandha kriżi istituzzjonali għax la għandha politika komuni u lanqas risposta komuni dwar l-immigrazzjoni. Ma hemmx qbil mill-istati membri ...
Read More

IL-ĠERMANJA TRID ID-DESTIN TAGĦHA F’IDEJHA

Il-Ġermanja trid id-destin tagħha f’idejha. Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li tappoġġja l-idea tal-Kunsill tas-sigurta` Ewropew u l-proġett ta’ truppi ...
Read More

ŻWIĠIJIET FOLOZ BIEX JGĦIXU FL-UE

Grupp ta’ kriminali li joperaw fil-Ġermanja se jkunu akkużati li ġabu illegalment numru ta’ nisa u rġiel mill-Indja u n-Nepal ...
Read More

L-UNGERIJA MA TITMAX LILL-IMMIGRANTI

L-Ungerija mhux qed titma lil dawk l-immigranti li l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil ma ġietx aċċettata. L-awtoritajiet Ungeriżi bdew jimxu ma’ din ...
Read More

L-IRAN GĦADU JISTENNA RISPOSTA MINGĦAND L-UE

L-Iran għadu jistenna x’se tagħmel l-UE dwar ix-xiri taż-żejt wara s-sanzjonijiet li ħabbret l-Istati Uniti, qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan ...
Read More

MIBGĦUTA LURA L-MAROKK

Spanja bagħtet lura 116 immigrant lejn il-Marokk wara li daħlu bil-forza u b’mod illegali fuq it-territorju Spanjol ta’ Ceuta. L-immigranti ...
Read More

L-UE EQREB LEJN L-AWSTRALJA U NEW ZEALAND

L-UE u l-Awstralja qablu li jsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet bħat-terroriżmu u s-sigurta`, l-ambjent u l-enerġija, id-drittijiet umani, l-immigrazzjoni, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment