Fil-kummenti tiegħu lill-midja wara li Roberta Metsola ġiet eletta President tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-MPE Maltija taċ-ċentru-lemin kisbet rebħa konvinċenti u faħħarha għall-kisba tagħha. L-eks Prim Ministru stqarr li t-talenti personali u l-ħiliet ta’ networking ta’ Metola fil-Parlament Ewropew kienu utli għaliha.

It-Tlieta 18 ta’ Jannar 2022 Metsola, membru tal-PPE, il-Partit Popolari Ewropew, li huwa l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew, ġiet eletta President tal-Parlament għal terminu ta’ sentejn u nofs b’maġġoranza ta’ 458 voti minn total ta’ 690 fl-ewwel round tal-votazzjoni.

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant saħaq li Metsola se tkun qed taffaċċja tliet sfidi ewlenin fir-rwol il-ġdid tagħha. L-ewwel nett, Metsola trid tiggwida lill-Parlament Ewropew fil-pandemija attwali għaliex ix-xogħol f’waħda mill-ogħla istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea intlaqgħat ħażin ħafna minħabba l-COVID.

It-tieni nett, Metsola trid tiggwida lill-Parlament Ewropew ’il quddiem b’modi li jgħinuh iġġib lura ftit mill-influwenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea li l-parlament tilef f’dawn l-aħħar snin.

It-tielet nett, Sant qal li l-isfida ta’ Metsola se tkun li żżid l-għarfien fl-Ewropa tax-xogħol tekniku u professjonali li qed isir mill-Parlament Ewropew li jistħoqqlu rikonoxximent akbar.

Intant, Sant wera t-tama li bħala President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola se tkun qed turi aktar rispett lejn rappreżentanti għolja tal-Gvern Malti, milli għamlet bħala MPE.


Roberta Metsola’s challenge will be to bolster the European Parliament’s influence in the running of the European Union – Alfred Sant

In his comments to the media after Roberta Metsola was elected as President of the European Parliament, Alfred Sant said that the Maltese centre-right MEP had won a convincing victory and commended her on her achievement. The former Prime Minister stated that Metola’s personal talents and networking skills in the European Parliament had paid good dividends.

On Tuesday 18 January 2022 Metsola, a member of the EPP, the European Popular Party, which is the largest group in the European Parliament, was elected as the President of the Parliament for a term of two and a half years with a majority of 458 votes out of a total of 690 in the first round of voting.

Labour MEP Alfred Sant emphasized that Metsola will be facing three main challenges in her new role. Firstly, Metsola needs to guide the European Parliament through the current pandemic because the work in one of the highest institutions of the European Union has been hit hard due to COVID. 

Secondly, Metsola will need to guide the European Parliament forward in ways that will help it to restore for it some of the influence in the European Union’s decision-making that the parliament has lost in recent years.

Thirdly, Sant said that Metsola’s challenge will be to enhance awareness in Europe of the technical and professional work being carried out by the European Parliament which deserves greater recognition.

Meanwhile, Sant augured that as President of the European Parliament Roberta Metsola will show more respect towards high representatives of the Maltese Government, than she did as an MEP.

conference

Sant kawt dwar il-liġi Ewropea ġdida proposta biex tiġġieled is-sussidji barranin

Fl-intervent tiegħu waqt skambju ta’ fehmiet dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu miġġielda s-sussidji barranin li ...
Read More
euplenary

L-isfida ta’ Roberta Metsola se tkun li ssaħħaħ l-influwenza tal-Parlament Ewropew fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea – Alfred Sant

Fil-kummenti tiegħu lill-midja wara li Roberta Metsola ġiet eletta President tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-MPE Maltija taċ-ċentru-lemin kisbet ...
Read More
digitaldevice

Alfred Sant: Wasal iż-żmien li monopolji globali li qed jaqbżu r-Regolamenti jitkissru f’unitajiet iżgħar?

Bħala r-relatur (rapporteur) tas-S&D għall-Opinjoni mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-Parlament Ewropew dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, Alfred Sant iddikjara li ...
Read More
temi

L-Uffiċċju tal-MPE Alfred Sant iniedi programm televiżiv ġdid: Temi Maltin u Ewropej

Temi Maltin u Ewropej huwa programm televiżiv ġdid ta’ informazzjoni u kummentarju bi produzzjoni tal-uffiċċju lokali tal-MPE Alfred Sant. Dan ...
Read More