Alfred Sant faħħar l-impenn tal-Gvern għall-inizjattivi li jagħtu spinta lil Malta fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart u qal li dan is-settur jippreżenta żewġ sfidi kbar li ġew injorati mill-amministrazzjonijiet preċedenti. L-ewwel sfida hija l-ħolqien ta’ landfill għal perijodu ta’ żmien qasir li takkomoda l-iskart preżenti u tal-futur sakemm l-impjant meħtieġ għall-ipproċessar tal-iskart jibda jaħdem sew. It-tieni sfida hija l-organizzazzjoni serja tal-iskart domestiku u kummerċjali.

Wasteserv stiednet lill-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew biex iżur il-Kumpless Ambjentali fil-Magħtab li jħaddan fih l-landfill rijabilitata tal-Magħtab, il-landfills attivi ta’ Żwejra u tal-Għallis u l-Malta North Facility. Iċ-Chairman David Borg u s-CEO Tonio Montebello mxew ma’ Alfred Sant sal-Engineered landfill tal-Għallis li qed timtela b’rata mgħaġġla ħafna minħabba l-ammont sostanzjali ta’ skart li qed jinħoloq. Malta hija waħda mill-ftit pajjiżi Ewropej li tiddependi ħafna mill-metodu ta’ landfilling biex tiddisponi mill-iskart tagħha.

Dr Sant qal li l-fabbrika ‘l-ġdida’ li tipproċessa l-iskart il-ġdid wara li tisseparah f’żewġ gruppi differenti, qed tagħmel xogħol siewi ħafna. Jekk ikun hemm faċilita` oħra li topera magħha, tinħoloq l-opportunita` biex l-iskart kollu jiġi pproċessat fuq gżiritna f’post wieħed, bl-inqas impatt negattiv fuq l-ambjent, qal Dr Sant.

TKABBIR TAL-UE FL-2025

L-UE mistennija twiegħed dħul ta’ stati membri ġodda fis-sena 2025 bil-kandidati ewlenin ikunu s-Serbja u l-Montenegro. Pajjiżi oħra tal-Balkani bħal ...
Read More

TRID TISPIĊĊA L-IPOKRESIJA DWAR IT-TURKIJA

Il-Presidenza Bulgara tal-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena tista’ ttejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija skont Dimiter Tzantchev, ir-rappreżentant permanenti tal-Bulgarija ...
Read More

L-ISFIDI TA’ MALTA FL-IMMANIĠJAR TAL-ISKART

Alfred Sant faħħar l-impenn tal-Gvern għall-inizjattivi li jagħtu spinta lil Malta fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart u qal li dan is-settur jippreżenta ...
Read More

L-UE KONTRA S-SANZJONIJIET TAL-ISTATI UNITI FUQ CUBA

L-UE wiegħdet l-appoġġ tagħha fil-proċess ta’ riformi f’Cuba, mossa li tistona mal-miżuri riċenti li ħadet l-Istati Uniti bl-għan li tiżola ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI SE JIKKONTRIBWIXXU AKTAR MINĦABBA L-BREXIT

L-Istati Membri tal-UE għandhom jikkontribwixxu aktar flus fil-baġit Ewropew, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Bit-tluq tar-Renju Unit mistenni ...
Read More

ARTISTI GĦAWDXIN FIL-PARLAMENT EWROPEW

Erba’ artisti kontemporanji Għawdxin se jeżebixxu erbgħa u għoxrin xogħol artistiku fil-Parlament Ewropew fi Brussell bejn is-6 u d-9 ta’ ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI GĦAL FRANZA

Franza laqgħet numru rekord ta’ 100,000 applikazzjoni għall-ażil fl-2017. Franza qed taffaċċja influss ta’ immigranti b’mod regolari iżda xorta għadha ...
Read More

JIBDEL IL-MINISTRI QABEL JILTAQA’ MA’ JUNCKER

Sigħat qabel laqgħa ma’ Jean Claude Juncker, Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki għamel tibdil fil-kabinett f’mossa li ġiet interpreta li ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment