Il-‘Eurogroup’ esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-Budget tal-Italja għall-perjodu 2019-2021. Mario Centeno, Chairman tal-Eurogroup qal li trid tittieħed azzjoni dwar l-effetti tal-Budget Taljan fuq iż-żona Ewro.
“L-Italja trid turi li tinsab f’pożizzjoni li tippreżenta finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli. Aħna qegħdin dsatax-il pajjiż fiż-żona Ewro u kollha niddependu minn xulxin. L-istabilita` tal-Ewro tiddependi mill-iżviluppi fl-Italja,” spjega l-Ministru Portugiż.
Il-Gvern Taljan qal li d-defiċit se jibqa’ 2.4% tal-Prodott Gross Domestiku għas-sentejn li ġejjin. Iżda dan imur kontra l-impenji li kien diġa` ħabbar il-Gvern Taljan fix-xhur li għaddew.
Pierre Moscovici Kummissarju tal-Finanzi qed ikun paċenzjuż u mħasseb għal dawn l-iżviluppi.
“Defiċit ta’ 2.4% huwa devjazzjoni sinjifikanti minn defiċit ta’ 1.6% li kont iddiskutejt ma’ Giovanni Tria.”
Tria, il-Ministru tal-Finanzi Taljan, ma jaqbilx mat-tħassib tal-esponenti taż-żona ewro.
Il-Kummissjoni Ewropea se jkollha kopja tal-abbozz tal-Budget Taljan sal-15 ta’ Ottubru.
Il-gvern Taljan għandu dejn ta’ €2300 biljun, it-tieni l-akbar dejn ta’ stat fiż-żona ewro wara l-Greċja.
Il-Ministru tal-Finanzi ta’ Spanja Nadia Calviño wkoll esprimiet it-tħassib tagħha.
“Ħadd ma jgawdi bl-instabilita`, wisq anqas l-Italja,” qalet il-Ministru Spanjola.

L-ISTABILITA’ TAL-EWRO TIDDEPENDI MILL-ITALJA
Read More

X’SE JMISSU GĦAWDEX MILL-BUDGET EWROPEW?
Read More

€147 BILJUN ANQAS MILL-VAT
Read More

“REFERENDUM INVALIDU FIL-MAĊEDONJA ” – IR-RUSSJA
Read More

IL-POLONJA GĦALL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
Read More

30% TAL-ENERĠIJA MINN SORSI RINOVABBLI
Read More

GĦANDHOM JIGGARANTIXXU PENSJONIJIET SOSTENIBBLI
Read More

1 MINN 160 TIFEL U TIFLA B’SINJALI TA’ AWTIŻMU
Read More
Post a comment