Alfred Sant wissa lill-Kungressisti Amerikani u membri parlamentari Ewropej li biex id-diżastru tal-Libja jiġi imrażżan hemm bżonn ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti, ir-Russja u l-Unjoni Ewropea dwar inhuma l-interessi nazzjonali leġittimi tagħhom fiż-żona, u qbil dwar duttrina militari li tħares dawn l-interessi. Dr Sant għamel din it-twissija waqt il-laqgħa inter-parlamentari ‘Transatlantic Legislators Dialogue’ fil-Belt Valletta li saret waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.

Dr Sant ħa sehem fis-sessjoni dwar is-Sigurta` fil-Mediterran: miżuri kontra t-terroriżmu, l-immigrazzjoni, l-operazzjonijiet fuq il-baħar u l-Libja flimkien mal-Ammirall Andrea Romani, Kmandant tal-Forzi Navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran.

It-‘Transatlantic Legislators’ Dialogue’ (TLD) għandu l-għan li jsaħħaħ id-djalogu bejn il-leġiżlaturi federali Amerikani u Ewropej, il-Parlament Ewropew u l-Kungress Amerikan. It-TLD huwa bbażat fuq il-prinċipju li r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti jmorru lil hinn mill-politika barranija jew kwistjonijiet ta’ kummerċ. Id-djalogu jinvolvi wkoll oqsma oħra ta’ leġiżlazzjoni. Ħafna mil-leġiżlazzjoni Ewropea, kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ politika ekonomika u finanzjarja jew dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima jew libertajiet ċivili, taffettwa n-naħa l-oħra tal-Atlantiku, kemm b’mod intenzjonali u kemm mhux intenzjonali.

Fi tmiem il-laqgħa, membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kungress tal-Istati Uniti ħarġu stqarrija konġunta l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi riċenti, is-sigurta` fil-Mediterran u l-appoġġ demokratiku f’pajjiżi terzi, fost kwistjonijiet oħra fejn affermaw il-wiegħda tagħhom li jibqgħu jsaħħu r-relazzjonijiet ta’ bejniethom.

 

IS-SALTNA TAD-DRITT F’MALTA HIJA ĦAJJA U B’SAĦĦITHA

Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li s-saltna tad-dritt f’Malta hija ħajja u b’saħħitha daqs kemm hi b’saħħitha fil-pajjiżi l-oħra ...
Read More

DEHRA ĠDIDA GĦALL-ASSEMBLEA NAZZJONALI FRANĊIŻA

Wara l-elezzjonijiet presidenzjali Franċiżi li fihom tela’ l-President Emmanuel Macron, issa qed isiru l-elezzjonijiet parlamentari li fihom jinkisbu s-siġġijiet fil-Parlament ...
Read More

FID-DUBJU N-NEGOZJATI TAL-BREXIT

L-UE qed tistenna li tibda n-negozjati tal-Brexit iżda r-riżultat tal-elezzjonijiet fir-Renju Unit li kellhom l-għan jagħtu aktar saħħa lil PM ...
Read More

UFFIĊĊJI ‘FANTAŻMA’

L-uffiċċji ta’ 248 Ewroparlamentari ma nstabux. Dan ħareġ minn rapport ippubblikat minn ‘Investigative Reporting Denmark’. L-awturi tar-rapport qalu li s’issa ...
Read More

FOND KOMUNI GĦALL-QASAM TAD-DIFIŻA

Il-KE ħabbret fond ġdid għal qasam tad-difiża wara li l-Istati Uniti għamlet pressjoni fuq l-alleati Ewropej tan-NATO biex iżidu l-baġits ...
Read More

L-ISTATI UNITI, IR-RUSSJA, L-UE JEĦTIEĠ JIFTEHMU DWAR IL-LIBJA

Alfred Sant wissa lill-Kungressisti Amerikani u membri parlamentari Ewropej li biex id-diżastru tal-Libja jiġi imrażżan hemm bżonn ta’ ftehim bejn ...
Read More

PROĠETT PILOTA GĦAR-REĠJUNI LI WAQGĦU LURA

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tappoġġja reġjuni bi dħul baxx jew b’nuqqas ta’ tkabbir ekonomiku. Inħawi f’din il-qagħda jinkludu reġjuni ...
Read More

L-UE TINFILTRA S-SUQ ASJATIKU BI FTEHIM MAL-INDJA

Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Indja huwa ta’ benefiċċju iżda mhux għas-setturi kollha. Il-Fundazzjoni Ġermaniża Bertelsmann Stiftung qalet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment