L-Istati Uniti qed tipprova tagħlaq it-toqob li jħallu terroristi jivvjaġġaw lejha b’passaporti Ewropej. Il-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikana vvotat biex iżżid il-kontroll taħt il-programm ta’ viża ma’ 38 pajjiż, li jinkludu 24 pajjiż tal-UE. Dan il-programm kien jippermetti ċittadini b’passaporti Ewropej joqogħdu fl-Istati Uniti mingħajr viża għal 90 ġurnata. L-emendi għaddew b’407 vot favur u 19 kontra. Issa dawn iridu jmorru quddiem is-Senat.
Il-bidliet suġġeriti jneħħu l-eżenzjoni tal-viża għal dawk fit-28 pajjiż li jivvjaġġjaw lejn l-Iraq, Sirja, Iran u Sudan minn Marzu 2016. Dawn iridu japplikaw għal viża biex jidħlu fl-Istati Uniti. Il-bidliet se jaffettwaw lil dawk li għandhom nazzjonalita` doppja, pereżempju nazzjonalita` Franċiża u Iranjana, anke jekk il-persuna qatt ma tkun żaret l-Iran.
Wara l-attakki terroristiċi ta’ Pariġi, il-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikana, b’maġġoranza Repubblikana, ivvotat biex tirristrinġi d-dħul tar-refuġjati Sirjani u Iraqqini fl-Istati Uniti. Bl-arranġamenti preżenti, 20 miljun persuna minn 30 pajjiż Ewropew, jivvjaġġjaw lejn L-Istati Uniti għal żjarat qosra, b’applikazzjoni online. Fl-Istati Uniti hemm il-biża’ li terroristi Franċiżi jew Belġani jivvjaġġjaw lejn New York.
Il-liġi ġdida proposta iżżid il-poter tal-Gvern Amerikan biex ineħħi stati li ma jikkoperawx mal-programm tal-viża, minn fuq il-lista. Pajjiżi Ewropej jibdew jiġu sfurzati jtellgħu fuq ‘data base’ dettalji dwar passaporti mitlufa jew misruqa fi żmien 24 siegħa. Dawn il-pajjiżi jridu jiċċekkjaw ukoll iċ-ċittadini ta’ pajjiżhom qabel jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti. Dan billi jqabbluhom mal-listi tal-Interpol dwar kriminali u terroristi.
Malta u l-Unjoni Ewropea NL29
Read More
MHUX AĊĊETTABBLI LI L-FRONTEX JIPPREVALI FUQ IL-KOMPETENZI NAZZJONALI
Read More
L-ISTATI UNITI MWERWRA MINN ‘TERRORISTI EWROPEJ’
Read More
L-AWSTRIJA TIBNI ĦAJT MAS-SLOVENJA
Read More
413,800 JITOLBU L-AŻIL FL-UE
Read More
IL-ĠERMANJA TINSISTI LI L-PAJJIŻI TAL-UE JOĦORĠU €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA
Read More
MEPS MALTIN U ĊIPRIJOTTI F’MINORANZA KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI
Read More
SOLUZZJONIJIET EWROPEJ LI JAQBLU GĦAL MALTA
Read More
IĊ-ĊAQLIQ TAL-ĦADDIEMA L-AKTAR GĦADMA IEBSA GĦAR-RENJU UNIT
Read More
JEĦTIEĠ EVALWAZZJONI TAL-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA
Read More
IĊ-ĊAVETTA GĦAD-DĦUL TAS-SERBJA FL-UE
Read More
MALTA T-TIELET BL-AKTAR TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA LIL McDONALD’S
Read More
IL-LUSSEMBURGU TIKKONSIDRA APPELL KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA
Read More
IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA ESTIŻI B’SITT XHUR
Read More
X’INHUMA L-FONDI TERRITORJALI U X’INHU L-ITALJA/MALTA
Read More
CHRISTMAS MARKETS
Read More
Post a comment