Alfred Sant talab formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkonsidra li ttawwal iż-żmien tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni bi tnax-il xahar, skont ix-xewqa tal-industrija Maltija. Dr Sant intervjena f’isem l-‘Assoċjazzjoni Maltija tal-Assigurazzjoni’ li appellat lill-Ewroparlamentari Maltin biex jintervjenu mal-Kummissjoni Ewropea għan-nom tagħhom. Dawn jixtiequ li jitwal iż-żmien tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-assigurazzjoni u saħqu li ż-żmien mogħti huwa qasir wisq biex issir implimentazzjoni tajba tal-liġi tal-assigurazzjoni li ġiet addottata mill-KE l-ġimgħa l-oħra.

Id-Direttiva tal-Assigurazzjoni għandha l-għan li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet neċessarji għal kompetizzjoni ġusta bejn id-distributuri tal-prodotti tal-assigurazzjoni u toħloq aktar opportunitajiet għal negozju fi ħdan il-pajjiżi membri tal-UE.

Dr Alfred Sant kiteb lill-Viċi President tal-KE Valdis Dombrovskis u qallu li huwa ġust u xieraq li l-interessi leġittimi u t-talbiet raġonevoli tal-fornituri tal-assigurazzjoni f’Malta jingħataw widen.

“Dawk kollha fis-settur tal-assigurazzjoni bl-ebda mod m’huma qed jopponu għall-bidliet. Huma jeħtieġu biss aktar żmien. Huwa ta’ importanza kbira li dawn il-bidliet ikunu implimentati b’mod ugwali fl-Ewropa, mingħajr il-ħolqien ta’ diskrepanzi fost kumpaniji differenti u ta’ daqs differenti fl-istati membri. Perijodu ta’ żmien realistiku biss jista’ jaċċerta li l-affarijiet iseħħu b’dan il-mod. Jien konfidenti li se taqbel ma’ din il-proposta mnebbaħ mill-impenn tiegħek favur it-titjib tan-negozji żgħar u medji fl-Ewropa.” Alfred Sant qal lil Valdis Dombrovskis.

L-intervent ta’ Alfred Sant ma’ Dombrovskis ġibed l-attenzjoni ta’ aġenziji tal-aħbarijiet li jsegwu l-aħħar żviluppi fl-Ewropa.  L-inizjattiva ta’ Sant tqieset bħala appell minn Malta biex l-Ewropa ma tibqax tlibbes l-istess żarbun lil kulħadd, din id-darba fil-qasam tal-assigurazzjoni.

 

L-ISTESS ŻARBUN GĦAL MALTA

Alfred Sant talab formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkonsidra li ttawwal iż-żmien tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni bi tnax-il xahar, skont ix-xewqa tal-industrija ...
Read More

L-EWWEL INTOPPI GĦALL-FUTUR TAL-EWROPA

Fil-Ġermanja l-proċess għal formazzjoni ta’ koalizzjoni jaf jieħu x-xhur. Il-partiti ż-żgħar li magħhom se jkollha taħdem Angela Merkel għandhom ideat ...
Read More

IL-KATALONJA FIL-LIMBU

Ir-relazzjonijiet komplikati ta’ Spanja mal-Katalonja komplew sejrin fil-limbu hekk kif il-mexxej Katalan Carles Puigdemont ħabbar li l-Katalonja se tiddikjara l-indipendenza ...
Read More

MITT NEGOZJU BRITANNIKU JITOLBU TRANŻIZZJONI SA TLIET SNIN WARA L-BREXIT

Aktar minn mitt negozju attiv fir-Renju Unit, li jirrappreżentaw aktar minn 500, 000 impjieg fir-Renju Unit u aktar minn 600, ...
Read More

L-EWWEL KONKLUŻJONIJIET DWAR IT-TURKIJA GĦAL NOFS OTTUBRU

L-ewwel konklużjonijiet dwar is-sħubija tat-Turkija fl-UE mistennija joħorġu wara s-summit tal-mexxejja tal-istati membri tal-Kunsill tal-UE f’nofs Ottubru. Id-dibattitu dwar it-Turkija ...
Read More

BUDAPEST TWIEGĦED BATTALJA POLITIKA U LEGALI

L-Ungerija qalet li se tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar il-kwoti obbligatorji tal-immigranti iżda se tiġġieled din it-tip ta’ politika ...
Read More

TIBDIL FIR-REGOLI TAX-SCHENGEN

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tadatta r-regoli tal-Kodiċi tax-Schengen biex iwieġbu aħjar għat-theddid dwar is-sigurta` li qed jaffaċċjaw numru ta’ ...
Read More

IL-KE TRID ISSAĦĦAĦ IŻ-ŻONA EWRO

Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Finanzi Pierre Moscovici ippreżenta l-isfidi li se taffaċċja ż-żona ewro fix-xhur li ġejjin. Moscovici esprima ruħu b’mod ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment