L-Isvezja qalet li l-flejjes Ewropej għandhom imorru f’oqsma bħall-immigrazzjoni u s-sigurta` aktar milli f’għajnuna għas-settur tal-biedja. Il-pagamenti tal-Unjoni lejn l-istati membri għandhom isiru biss bil-kundizzjoni li l-istat membru jaqbel mal-politika Ewropea tal-immigrazzjoni. Il-gvern Svediż qal li l-baġit tal-Unjoni Ewropea irid ikun iżgħar minn dak attwali u l-kontribuzzjoni tal-Isvezja trid tibqa’ baxxa.

L-Isvezja diġa` qed tipprepara għan-negozjati tal-baġit tal-Unjoni Ewropea li mistennija jibdew fl-2018. Bit-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni qed ikun imbassar vojt fil-baġit Ewropew ta’ €10 biljun ewro fis-sena. Dan qed iħasseb lill-istati membri kollha.

Fiż-żmien li ġej l-istati membri jridu jiddeċiedu jċekknux il-baġit Ewropew u jwettqu inqas proġetti, iżidux il-kontribuzzjoni ta’ kull pajjiż fil-baġit Ewropew jew jagħmlu ftit mit-tnejn.

F’każ li l-kontribuzzjoni ta’ kull pajjiż tiżdied, l-Isvezja mistennija ssir it-tieni l-aktar pajjiż li tikkontribwixxi fil-baġit tal-Unjoni Ewropea. Dan xejn m’hu qed jogħġob lil Prim Ministru Svediż Löfven.

PARTNERSHIP

BREXIT bdiet issir realta`. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May għaddiet il-karti tad-divorzju lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. May kienet ċara ...
Read More

IT-TOROK JIVVOTAW FIL-ĠERMANJA

Aktar minn 1.4 miljun ruħ b’dixxendenza Torka huma eleġibbli biex jivvotaw fil-Ġermanja għal referendum Tork bejn is-27 ta’ Marzu u ...
Read More

L-ISVEZJA TĦEJJI GĦALL-ĦOFRA TAL-BREXIT

L-Isvezja qalet li l-flejjes Ewropej għandhom imorru f’oqsma bħall-immigrazzjoni u s-sigurta` aktar milli f’għajnuna għas-settur tal-biedja. Il-pagamenti tal-Unjoni lejn l-istati ...
Read More

INFORMAZZJONI DWAR IS-SAJD TINTUŻA KONTRA L-INTERESSI TAS-SAJJIEDA TRADIZZJONALI MALTIN

Informazzjoni miġbura dwar l-industrija tas-Sajd qed tintuża għad-detriment tas-sajjieda tradizzjonali Maltin u Għawdxin fl-allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd u fuq bażi nazzjonali ...
Read More

BONDS BIEX IĦALLSU D-DJUN

Mill-2009 ’l hawn il-kumpaniji l-kbar mhux qed jiksbu ħafna mis-self tagħhom mill-banek Ewropej. Allura minn fejn qed iġibu l-flus u ...
Read More

L-AKBAR KUMMERĊ MAĊ-ĊINA U L-ISTATI UNITI

Terz tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea isir maċ-Ċina u l-Istati Uniti. 17.7% tal-kummerċ isir mal-Istati Uniti filwaqt li 14.9% tal-kummerċ isir maċ-Ċina ...
Read More

VJAĠĠI GĦAL ŻGĦAŻAGĦ FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA

Il-Kummissjoni Ewropea se tiffinanzja vjaġġi għal żgħażagħ fl-UE li jinkludu l-gżejjer u r-reġjuni fil-periferija tal-Ewropa fosthom Malta, Ċipru, l-Islanda, Guadalupe ...
Read More

VISA BIEX TIDĦOL L-ISTATI UNITI

L-Istati Uniti għadha qed titlob visa liċ-ċittadini Ewropej li ġejjin mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Polonja u r-Rumanija. L-Unjoni Ewropea qalet li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment