L-Isvizzera saret it-tielet l-akbar pajjiż b’kummerċ mal-Unjoni Ewropea. L-akbar ‘trading partners’ tal-UE fl-2015 kienu l-Istati Uniti u ċ-Ċina. L-Isvizzera qabżet lir-Russja li ntlaqtet mis-sanzjonijiet imposti miż-żewġ naħat. Is-sanzjonijiet taw daqqa ta’ ħarta lill-kummerċ bejn ir-Russja u l-UE. Fl-2015 il-kummerċ tal-UE mar-Russja kien biss ta’ 6%.
18% tal-kummerċ tal-UE isir mal-Istati Uniti u 15% isir maċ-Ċina. Dan il-persentaġġ huwa ferm ogħla mir-rata ta’ kummerċ li sar mal-Isvizzera fl-2015 (7%). Iċ-ċifri juru li l-kummerċ żdied mal-Istati Uniti (minn €515 biljun għal €619 biljun), iċ-Ċina (minn €467.3 biljun għal €521 biljun) u l-Isvizzera (minn €236.9 biljun għal €253). Filwaqt li naqas mar-Russja (minn €285.1 biljun għal €210 biljun).
Fl-2002 il-kummerċ tal-UE mal-Istati Uniti kien ilaħħaq l-24%. Wara li naqas ħafna, fl-2011 reġa’ beda jikber konsistentement tant li fl-2015 laħħaq it-18%. Min-naħa l-oħra, il-kummerċ maċ-Ċina mill-2002 ’l hawn irdoppja minn 7% għal 15% fl-2015. Il-kummerċ mal-Isvizzera tul l-istess perijodu ta’ żmien dejjem baqa’ l-istess.
L-ikbar ‘trading partner’ ta’ ħafna mill-pajjiżi tal-UE kien pajjiż ieħor fi ħdan l-UE. L-eċċezzjoni huma l-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Irlanda li jesportaw l-aktar lejn l-Istati Uniti filwaqt li l-Litwanja tesporta l-aktar lir-Russja. L-Isvezja tesporta l-aktar lin-Norveġja.
JIŻDIED IS-SENTIMENT KONTRA L-UE
Read More
MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO?
Read More
JIŻDIEDU L-‘ĠELLIEDA BARRANIN’ FL-EWROPA
Read More
ALFRED SANT JISTAQSI LIEMA PAJJIŻI TAL-UE SE JIEĦDU IMMIGRANTI SIRJANI
Read More
JIŻDIED ID-DEFIĊIT PUBBLIKU TA’ SPANJA
Read More
IL-ĠERMANJA SE TONFOQ AKTAR GĦAR-REFUĠJATI
Read More
L-UNJONI EWROPEA TIMPONI SANZJONIJIET KONTRA L-MEXXEJJA LIBJANI
Read More
JONQOS IS-SENTIMENT POŻITTIV DWAR L-EKONOMIJA
Read More
L-ISVIZZERA B’KUMMERĊ AKBAR MIR-RUSSJA MAL-UE
Read More
L-UE B’DEFIĊIT KUMMERĊJALI MAL-INDJA
Read More
PRINĊEP RUMAN TA’ 52 SENA
Read More
Post a comment