Il-finanzi pubbliċi tal-Italja iddeterjoraw sew u se jkunu qed jiksru r-regoli Ewropej sakemm Ruma ma tbiddilx il-politika tagħha. Iżda t-tmexxija tal-UE mhux taqbel dwar kif l-aħjar taġixxi mat-tielet l-akbar ekonomija taż-żona ewro, qalu uffiċċjali Ewropej.

Id-dejn pubbliku tal-Italja huwa t-tieni l-ogħla wara l-Greċja. Il-Kummissjoni qed tbassar li din is-sena u ta’ wara se jkompli jogħla. Id-defiċit mistenni jitla’ wkoll u t-tkabbir se jistgħaġna.

Id-deputat Prim Ministru Matteo Salvini qal li pajjiżu lest li jikser ir-regoli fiskali tal-UE.

“Il-Kummissjoni maqsuma dwar l-Italja – hemm dawk bħal Viċi President Valdis Dombrovskis li jixtieq azzjonijiet aktar ħarxa u hemm dawk bħal Kummissarju Ekonomiku Pierre Moscovici li huma favur aktar djalogu u kompromess.” qal uffiċċjal tal-UE.

It-triq l-aktar iebsa hija dik ta’ passi dixxiplinari li twassal għal multi.

Fil-passat Franza, Portugall u Spanja evitaw li jkunu mmultati għaliex kissru r-regoli Ewropej. Ħafna qed ibassru li l-Kummissjoni se tkun klementi mal-Italja wkoll.

Il-Kummissjoni mistennija toħroġ rapport dwar il-finanzi pubbliċi Taljani fil-5 ta’ Ġunju li jista’ jniedi passi dixxiplinari.

_0008_1b_mg_5155

PRIJORITÀ : IS-SOVRANITÀ TAT-TASSAZZJONI

Fil-mandat li ġej tal-Parlament Ewropew, se jiżdiedu l-isforzi favur bidliet fil-politika Ewropea li jpoġġu limiti ġodda fuq kif il-pajjiżi membri ...
Read More
_0010_casa

LARA COMI AKKUŻATA B’TANĠENTI FL-ITALJA

Lara Comi, l-MEP Taljana ta’ Forza Italia tinsab akkużata bit-tanġenti u b’korruzzjoni fl-Italja. Comi hija ħabiba kbira ta’ David Casa, ...
Read More
_0000_jeremy-corbyn

CORBYN: IL-LABOUR JERĠA’ JGĦAQQAD IL-BRITTANIĊI

Jeremy Corbyn qal li l-labour Ingliż huwa l-uniku partit li jerġa’ jgħaqqad lil Brittaniċi. Waqt li nieda l-kampanja tal-partit tiegħu ...
Read More
_0006_4img-20190507-wa0002

TAL-PN FAVUR L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI

Il-membri tal-PN fil-Parlament Ewropew ivvotaw favur riżoluzzjoni dwar it-taxxi fl-Unjoni Ewropea li tgħid ċar u tond li għandha titneħħa regola ...
Read More
_0001_macron

VERDETT FUQ MACRON

Fi Franza l-partiti politiċi qed joħorġu numru rekord ta’ kandidati iżda l-Franċiżi għadhom kemmxejn indifferenti għal kampanja elettorali. Skont l-istħarriġ ...
Read More
_0005_6-img_20190511_114855

AKTAR SPAZJU GĦALL-ARTISTI MALTIN FL-EWROPA

L-artisti Maltin u Għawdxin jistgħu u għandhom jipprovaw isibu aktar spazju biex il-kreazzjonijiet tagħhom isiru magħrufa aħjar fl-Ewropa għax it-talent ...
Read More
_0003_7_mg_4803

POLITIKA LI TIŻGURA L-ĦARSIEN TAL-ĦADDIEMA

Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`. Il-problema fundamentali hi ...
Read More
salvini-and-conte

L-ITALJA LESTA TIKSER IR-REGOLI FINANZJARJI EWROPEJ

Il-finanzi pubbliċi tal-Italja iddeterjoraw sew u se jkunu qed jiksru r-regoli Ewropej sakemm Ruma ma tbiddilx il-politika tagħha. Iżda t-tmexxija ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment