L-Italja rċeviet twissija mill-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Pierre Moscovici wara li l-Gvern Taljan ħabbar pjanijiet li jżid l-investimenti fl-infrastruttura waqt li mhux se jagħti każ ir-regoli fiskali tal-UE – wara l-kollass tal-Pont Morandi f’Genoa t-Tlieta 14 ta’ Awwissu.
“Se neżaminaw il-baġit tal-Italja fil-qafas tar-regoli Ewropej li jridu jiġu rrispettati, mingħajr ma ninsew l-ammont ta’ dejn tal-Gvern Taljan.” qal Moscovici li saħaq li stati li jkollhom dejn eċċessiv jispiċċaw jiftaqru.
Skont l-uffiċċju tal-istatistika Ewropew (Eurostat), id-dejn tal-gvern Taljan fl-2017 kien jammonta għal 131.8% tal-PGD. Fl-istess sena, il-Greċja biss kellha dejn ogħla minn dan – 178.6% tal-PGD.
Moscovici semma l-appoġġ finanzjarju li l-UE pprovdiet għall-investimenti fl-infrastruttura fl-Italja. Hu qal li fil-perijodu 2014-2020, ġew investiti €2.5, €1.5 biljun u €12-il biljun oħra. Barra minn dawn, f’April ta’ din is-sena l-Kummissjoni approvat pjan ta’ investiment ta’ €8.5 biljun għal motorways Taljani, li inkludew ukoll lil Genoa. “Diġa` hemm ħafna riżorsi u jridu jitfasslu l-prijoritajiet tajjeb għal użu ta’ dawn ir-riżorsi, li huma konsiderevoli ħafna”.
Wara l-kollass tal-pont ta’ Genoa l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini qal li r-responsabbilta` tal-kollass hija tal-UE, minħabba r-regoli tal-baġit li jfixklu l-investimenti pubbliċi a skaptu tas-sigurta` taċ-ċittadini. Il-Kummissjoni rribattiet li l-UE fir-rebbiegħa inkoraġġiet lil Italja biex tinvesti aktar fl-infrastruttura tagħha.

L-ITALJA MWISSIJA DWAR INFIQ BL-ADDOĊĊ FL-INFRASTRUTTURA
Read More

IL-LEMIN ESTREM IŻID L-APPOĠĠ FL-ISVEZJA
Read More

JEGĦRQU 1,514 IMMIGRANT FIL-MEDITERRAN
Read More

IL-ĠERMANJA TNEĦĦI S-SANZJONIJIET KONTRA T-TURKIJA
Read More

PARIR BIEX ĠUDIKANTI POLLAKKI JIĠU SOSPIŻI
Read More

SANZJONIJIET DWAR PONT LI JGĦAQQAD IR-RUSSJA MAL-KRIMEA
Read More

PRODUTTURI TAL-KAROZZI EWROPEJ JIEĦDU N-NIFS
Read More

ANQAS QGĦAD FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
Post a comment