Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li l-obesita` se tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea bħal daż-żmien sena. Dr Fearne qal dan waqt Konferenza fi Brussell dwar l-obesita` organizzata mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istudju tal-Obesita` (EASO). Id-diskussjoni kellha l-għan li tinxtered l-informazzjoni u tiżdied il-kollaborazzjoni għal proġetti konġunti, kif ukoll biex jintlaħaq qbil dwar l-istrateġija biex l-obesita` tingħata aktar importanza fl-aġenda politika tal-UE. Dr Fearne kien mistieden jipparteċipa fil-Konferenza mill-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant.

Dr Fearne qal li fost affarijiet oħra, jkun tajjeb li ssir analiżi ta’ xi twettaq s’issa mill-istrateġija 2014-2020 dwar l-obesita` fit-tfal li tnediet mill-Presidenza Griega fl-2014. Hu qal li d-dijanjosi tal-obesita` ssir waqt eżamijiet mediċi oħra bħal tad-dijabete u d-depressjoni, imma qal li din il-kundizzjoni għandha tkun eżaminata għaliha nfisha, indipendentement minn problemi oħra. Dan minkejja li dawn il-kundizzjonijiet kollha jaffettwaw lil xulxin. Dr Fearne saħaq li l-obesita` għandha tkun rikonoxxuta bħala marda u allura għandu jkun hemm mod stabbilit ta’ kif għandha titfejjaq. Hu qal li jeħtieġ li jingħataw aktar fondi biex tiġi megħluba din il-kundizzjoni.

Dr Sant qal li l-iżvilupp ekonomiku fl-Ewropa wassal għal-livelli għoljin ta’ għixien u benefiċċji oħra li kulħadd igawdi minnhom. Dan kollu ħalla wkoll effetti negattivi. Waħda minnhom hija l-obesita`. Din tħasseb lis-soċjetajiet moderni, inklużi l-Ewropej, fejn il-faqar jew ir-riskju tal-faqar huwa komuni. L-Obesita` ma tolqotx lil min hu sinjur biss, tolqot ukoll lil min hu fqir. Il-kundizzjoni hija ta’ tħassib ukoll f’Malta.

Il-problema tal-obesita`għandha tkun fl-ogħla pjanijiet politiċi nazzjonali tal-pajjiżi. ‘Għandna nagħmlu l-ġlieda kontra l-obesita` prijorita` fil-politika tal-Unjoni Ewropea. L-obesita` trid tkun analizzata mill-angoli kollha, anki mil-lat ta’ dawk il-kumpaniji li jużaw strateġiji ta’ riklamar biex ibigħu l-‘fast foods’. Kif ukoll mil-lat ta’ ikel li uliedna jixtru fl-iskejjel,dak li jieklu d-dar u ankimil-lat ta’ ċittadin normali li għandu strateġiji limitati biex jgħix bid-dipressjoni. Wieħed ma jistax jinsa l-prevalenza tal-obesita` fost il-popolazzjoni f’livell soċjo-ekonomiku baxx. Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li fl-Ewropa hemm relazzjoni bejn l-obesita` u dawk li jgħixu f’livell soċjo-ekonomiku baxx, partikolarment nisa u tfal.’

Dr. Sant qal li l-isfida li qed naffaċċjaw mhix waħda professjonali biss, l-anqas soċjali, politika jew ekonomika. Din l-isfida hija kumplessa u teħtieġ li tingħeleb bi strateġija ħolistika; strateġija li fost oħrajn teħtieġ tobba, psikologi, soċjologi, djetologi, ekonomisti u esperti tas-suq – kemm f’livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew. Il-politiċi, fuq livell nazzjonali u fuq livell Ewropew, m’għandhomx jinjoraw din il-problema sempliċiment għax jaħsbu li ma jirbħux voti biha.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL32

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI : PRIJORITÀ TAL-PRESIDENZA OLANDIŻA

L-Olanda għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea minn Jannar sat-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Il-Presidenza Olandiża se tiffoka fuq erba’ ...
Read More

IL-KOEŻJONI POLITIKA BŻONNJUŻA GĦALL-ISFIDA TAL-IMMIGRAZZJONI

Il-prijorita` tal-Presidenza Olandiża tal-Unjoni Ewropea għandha tkun dik li tippromwovi l-koeżjoni politika fost l-istati membri tal-Unjoni, l-aktar dwar l-immigrazzjoni. Dr ...
Read More

ĦAMES PAJJIŻI JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI TAX-‘SCHENGEN’

Ħames pajjiżi tal-UE, flimkien man-Norveġja, qed iżidu l-kontrolli fuq il-fruntieri tax-‘Schengen’ fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar l-influss tal-immigrazzjoni u t-theddida tat-terroriżmu ...
Read More

EFFETTI NEGATTIVI BIL-KONTROLLI TAL-FRUNTIERI

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jemmen li l-prijorita` tal-Ewropa hija t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol, minkejja l-kriżi tal-immigrazzjoni u ...
Read More

L-ITALJA : ‘MNEJN ĠEJJIN €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA?’

L-Italja hija l-uniku pajjiż li mhux taqbel mal-mod kif se jinġabru t-€3 biljun ewro għat-Turkija u qed tisħaq li dawn ...
Read More

PJAN TA’ AZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta pjan ta’ azzjoni kontra t-terroriżmu fit-2 ta’ Frar. Is-sena 2016 se tkun iddedikata għall-ġlieda kontra l-finanzjament ...
Read More

GŻEJJER ŻGĦAR DIFFERENTI MILL-PAJJIŻI ĊENTRALI TAL-EWROPA

Il-Parlament Ewropew approva ‘Ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni għal 2014’ ippreżentat mir-rapporteur Ġermaniż u MPE Langen. Ir-rapport kien jinkludi numru ...
Read More

JIŻDIEDU L-INUGWALJANZI SOĊJALI

Il-ħolqien tax-xogħol u l-qagħda soċjali sejrin għall-agħar fl-Ewropa. Minkejja ftit sinjali pożittivi, l-effetti tal-kriżi għadhom jinħassu filwaqt li d-diverġenzi bejn ...
Read More

MEĦTIEĠA ANALIŻI STRATEĠIKA TAL-PROĠETT EWROPEW

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew qal fi Strasburgu li wasal iż-żmien li ssir analiżi strateġika tal-proġett Ewropew. ‘Hemm bżonn ...
Read More

TIŻDIED L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO

Fiż-żona ewro l-inflazzjoni kienet ta’ 0.2% f’Diċembru 2015, 0.1% aktar mix-xahar ta’ qabel. F’Diċembru 12-il pajjiż kellhom diflazzjoni: Bulgarija (-0.9%), ...
Read More

TRID TINBIDEL IL-POLITIKA TAS-SAJD

Matul is-sessjoni plenarja ta’ dan ix-xahar, il-Membri Parlamentari Ewropej għaddew emenda mressqa mill-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi. Din l-emenda titlob biex ...
Read More

L-OBESITA’: PRIJORITA’ TAL-PRESIDENZA MALTIJA

Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li l-obesita` se tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea bħal ...
Read More

ĊIFRI DWAR BRUSSELL

Brussell dan l-aħħar kienet fl-aħbarijiet minħabba l-biża' ta' attentat terroristiku. Iżda Brussell mhix biss ċentru politiku u l-belt kapitali tal-Belgju.  ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment