Kuntrarju għal dak li bosta jaħsbu, l-Oktoberfest hija l-kommemorazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ bejn il-Prinċep Ludwig u l-Prinċipessa Therese von Sachsen-Hildurghausen li tejġu f’Ottubru tal-1810. Dak inhar l-anqas qatra birra ma nxtorbot. Iċ-ċelebrazzjonijiet baqgħu jsiru sena wara l-oħra sakemm saru kif nafuhom illum.

Fl-Oktoberfest tinxtorob l-Oktoberfestbier li hija birra magħmula apposta għall-okkażjoni b’kontenut alkoħoliku ogħla min-normal. Din il-birra, magħmula minn 6 birreriji fi Munich u tiġi servuta fi 13-il tinda kbira. Kull tinda jkollha l-banda tagħha u wieħed jista’ jiekol xi biċċa majjal tajba għad-daqq ħelu tal-mużika.

L-organizzaturi raw kif għamlu biex dan il-festival isir attrazzjoni għal familji permezz ta’ parati, roller coasters u attrazzjonijiet oħra li jogħġbu lit-tfal.

Fil-festival tas-sena l-oħra nxtorbu 6.4 miljun litru ta’ birra. Il-birra tal-Oktoberfest tħalli l-effetti tagħha. Ġew irrapportati nieqsa 1056 passaport, 520 wallet, 320 mobajl, 300 basket, 50 camera, 2 ċrieket tat-tieġ, hearing-aid, sett snien foloz u Segway. Il-festival jagħlaq fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru.

TNAX-IL XAHAR DEĊIŻIVI GĦALL-UNJONI EWROPEA

Fid-diskors annwali tiegħu dwar l-‘Istat tal-Unjoni’ Jean-Claude Juncker qal lill-Parlament Ewropew li l-UE għandha żewġ toroq quddiemha– li tinħatt quddiem ...
Read More

TAL-VISEGRAD IRIDU SAĦĦA AKBAR GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Waqt li l-Ungerija ressqet il-qorti għaxar immigranti li ppruvaw jidħlu fit-territorju tagħha, il-pajjiżi tal-Visegrad – il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Repubblika ...
Read More

L-EWROPA GĦANDHA TIPPROMOVI ĠUSTIZZJA SOĊJALI REALI

F’intervent waqt id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu li l-politika tal-Unjoni Ewropea għandha ...
Read More

ARTIKLU 50 JIĠI ATTIVAT F’JANNAR/FRAR 2017

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May mistennija tattiva artiklu 50, li permezz tiegħu jibdew ...
Read More

BIEX IL-POLONJA SSOLVI L-KRIŻI KOSTITUZZJONALI

Il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib dwar il-paraliżi tat-Tribunal Kostituzzjonali fil-Polonja li qed jipperikola d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-osservanza tal-liġi. Ir-riżoluzzjoni għaddiet ...
Read More

BARROSO INVESTIGAT

Wara l-ittri li rċieva mingħand l-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly, il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker fetaħ investigazzjoni fuq il-predeċessur tiegħu Jose` ...
Read More

FAVUR IL-PAGA MINIMA GĦALL-EWROPA KOLLHA

Kważi 40 sena wara li Malta lleġislat dwar il-paga minima, il-Parlament Ewropew irrakkomanda lill-istati membri paga minima minn tal-inqas 60% ...
Read More

L-OKTOBERFEST MAGĦNA

Kuntrarju għal dak li bosta jaħsbu, l-Oktoberfest hija l-kommemorazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ bejn il-Prinċep Ludwig u l-Prinċipessa Therese von Sachsen-Hildurghausen li ...
Read More

 

 

Facebook Comments

Post a comment