L-‘Operazzjoni SOFIA’ –  l-operat tal-missjoni navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran Ċentrali – ġġeddet b’sena bil-għan li tappoġġja lill-awtoritajiet Libjani jikkontrollaw it-traffikar tan-nies mill-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa.  Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-istati membri tal-UE. Il-missjoni għandha l-għan li tisfratta l-mudell ‘kummerċjali’ tat-traffikanti tal-bnedmin u tagħti appoġġ aktar wiesgħa lill-Awtoritajiet Libjani.

L-operazzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċita` tal-flotta Libjana. Il-missjoni se tħarreġ il-flotta Libjana u taqsam informazzjoni dwar attivitajiet suspettużi fiċ-ċentru tal-Mediterran. Talba simili ilha li saret mill-Awtoritajiet Libjani. Federica Mogherini qalet li rċeviet talba mill-Prim Ministru Libjan għal “appoġġ ta’ malajr mill-UE għat-taħriġ tal-flotta Libjana u s-servizzi tas-sigurta` ”. Mogherini qalet li din l-operazzjoni tista’ ssir f’nofs ta’ baħar u ma eskludietx soluzzjonijiet oħrajn. “Dan il-pjan jista’ jkun konkluż fil-ġranet li ġejjin”, qalet Mogherini.

Il-Ministri qablu li l-missjoni se tikkontribwixxi għall-embargo fuq l-armi lil hinn mill-kosta Libjana imposti mill-Ġnus Magħquda. Bħalissa qed isir ix-xogħol preparatorju biex il-Kunsill japprova dan kollu b’deċiżjoni legali.

Fl-aħħar jiem żdiedu l-għadd ta’ immigranti li qed ikunu traffikati illegalment bejn l-Afrika u l-Ewropa. Diġa` ġew salvati aktar minn 14,000 immigrant minn fuq dgħajjes xpakkati bin-nies li qed jaħarbu l-faqar u l-gwerer biex ifittxu ħajja aħjar fl-Ewropa.

L-‘Operazzjoni SOFIA’ kienet tnidiet f’Ġunju 2015.

KIEKU…

Il-ministri tal-finanzi taż-żona ewro fi Brussell qablu dwar is-somma ta’ 10.3 biljun ewro biex jittaffa d-dejn tal-Greċja. Dan ir-ritwal ta’ ...
Read More

QBIL DWAR ID-DEJN TAL-GREĊJA

Wara 10 sigħat ta’ negozjati l-Ministri tal-Finanzi tal-UE laħqu qbil dwar l-ewwel missjoni ta’ monitoraġġ għat-tielet pjan ta’ salvataġġ Grieg ...
Read More

L-OPERAZZJONI SOFIA ESTIŻA B’SENA

L-‘Operazzjoni SOFIA’ -  l-operat tal-missjoni navali tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran Ċentrali - ġġeddet b’sena bil-għan li tappoġġja lill-awtoritajiet Libjani jikkontrollaw it-traffikar ...
Read More

IL-VISA LIT-TOROK TRID AKTAR ŻMIEN

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li jeħtieġ aktar żmien għal-liberalizzazzjoni tal-Visa lit-Torok, minħabba li l-President Tork Erdogan għadu qed jirrifjuta ...
Read More

RAPPORT DWAR L-IMPATT TAT-TTIP

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport tekniku għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-impatt tal-ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) ...
Read More

SENA NIFS GĦAL SPANJA DWAR ID-DEFIĊIT

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Spanja sena oħra biex treġġa’ lura d-defiċit tal-gvern taħt it-3% tal-PGD, kif jitolbu r-regoli tal-UE. Fl-2015 ...
Read More

SENTEJN BIEX JANALIZZAW  L-UŻU TAL-GLYPHOSATE

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Ewropea se tipproponi lill-esperti tal-istati membri, estensjoni ta’ sentejn għall-awtorizzazzjoni tal-‘glyphosate’ biex l-Aġenzija Ewropea ...
Read More

100,000,000 EWROPEW B’UĠIGĦ FL-GĦADAM U L-MUSKOLI

Madwar 100 miljun ċittadin Ewropew ibati minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Minn dawn nofshom ma jmorrux xogħol għal tlett ijiem ...
Read More

UTOPIA FI SPANJA

Marinaleda hija belt Spanjola mingħajr qgħad, kriminalita` u mingħajr bżonn ta’ pulizija.  Mhix ħolma. Tinsab fin-nofsinhar ta’ Spanja.  Deskritta bħala ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment