Il-Kummissjoni Ewropea sabet sussidji għall-orkestra taż-żgħażagħ tal-UE sal-aħħar tal-2016, wara li kienet qablet li twaqqafha. L-orkestra sinfonika taż-żgħażagħ tnediet fl-1976 u hija magħmula minn madwar 130 Ewropew żagħżugħ/a ġejjin mill-istati membri kollha. Permezz tal-orkestra jieħdu sehem f’kunċerti madwar id-dinja. L-orkestra minn dejjem kienet issussidjata iżda minħabba proċeduri burokratiċi, il-finanzjament tagħha kien se jwassal sal-bidu ta’ Settembru li ġej biss.
Għal din is-sena l-Kummissjoni qed tippjana emenda biex l-orkestra tkun tista’ tikseb €600, 000. Għas-sena d-dieħla l-Parlament Ewropew qed jippjana proġett pilota biex l-orkestra tikseb il-fondi mill-baġit ġenerali tal-Kummissjoni. Għad m’hemm xejn fiċ-ċert għax din il-ħaġa għad trid tiġi diskussa fuq livell tal-Istati Membri. L-orkestra qed tkun imħeġġa biex issib sorsi addizzjonali ta’ finanzjament biex tkabbar l-attivitajiet tagħha.
F’Mejju mużiċisti Maltin ingħaqdu ma’ mużiċisti mill-UE biex ipprotestaw kontra d-deċiżjoni li jitwaqqfu l-fondi lill-orkestra taż-żgħażagħ. Jidher li l-vuċi tal-mużiċisti waslet fejn kellha tasal.
BIDU IMBARAZZANTI GĦAL UEFA 2016
Read MoreL-ORKESTRA EWROPEA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SE TIBQA’ DDOQQ
Read MoreTKOMPLI S-SAGA TAL-GLYPHOSATE
Read MoreL-EBDA SAJD TAL-MARLOZZ QRIB TAGĦNA
Read MoreJIŻDIEDU T-TAXXI FL-AJRUPORTI EWROPEJ
Read MoreL-EWROPA TEĦTIEĠ SERVIZZI FINANZJARJI B’SAĦĦITHOM
Read MoreFICO JŻOMM SOD DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Read MoreGĦAJNUNA LIT-TUNEŻIJA U LIL-LIBJA
Read MoreL-ECON MAQTUGĦ MIR-REALTAJIET EKONOMIĊI TAL-BLIET U RĦULA EWROPEJ
Read MoreBIEX JAQSMU ANQAS IMMIGRANTI LEJN IL-MEDITERRAN
Read MoreMALTA, BĦAS-SUD TAL-EWROPA, INJORATA FIL-‘PJAN JUNCKER’
Read MoreL-IMMIGRAZZJONI U T-TERRORIŻMU WARA L-VOT TAL-BREXIT
Read MoreX’EFFETT IĦALLI BREXIT FUQ MALTA?
Read More
Post a comment