Id-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għamlet ħilitha biex il-politika ġdida tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej (S&D) fil-Parlament Ewropew tinkludi l-ħarsien tal-interessi tas-sajjieda Maltin u Għawdxin. Il-politika ġdida tal-Grupp S&D se tibda tagħti appoġġ sħiħ lin-negozji tradizzjonali tas-sajd tal-familji jew dawk fejn l-imgħallem ikun ukoll is-sajjied.  L-S&D se jenfasizzaw ir-rwol tan-nisa fl-attivitajiet tas-sajd tradizzjonali u l-bżonn li s-settur tas-sajd jiġbed lejh liż-żgħażagħ. Din il-politika ġdida se tibda tindirizza t-tħassib tas-sajjieda tradizzjonali Maltin u Għawdxin li joperaw bħala familja.

Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew,  qal li l-proposti tas-Soċjalisti Ewropej huma pass żgħir biex nipproteġu l-ħidma tas-sajjieda tradizzjonali f’Malta u f’Għawdex u niżguraw li jkompli l-kontribut tagħhom fl-irħula żgħar minn fejn joperaw. Id-dokument tas-Soċjalisti Ewropej jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar taħriġ għaż-żgħażagħ qabel dawn jidħlu fl-industrija tas-sajd. Jenfasizza wkoll il-bżonn ta’ aktar kontrolli biex l-ibħra ma jiġux imniġġsa speċjalment bi fdalijiet tal-plastik u tniġġis kimiku mill-vapuri.

Dr. Sant qal li l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar is-sajd qed tkun skrutinata u diskussa. “Bħall-gruppi politiċi oħra fil-Parlament Ewropew, il-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi qed iġedded il-politika tas-Sajd. Fl-Ewropa l-konservazzjoni għadha l-prijorita` għas-sajd fil-Mediterran u fl-Atlantiku biex il-qbid żejjed tal-ħut ma jnaqqasx il-popolazzjoni tal-ħut fil-baħar. Iżda waqt li tiġi mħarsa din il-konservazzjoni, għandu jkun żgurat li dan ma jeliminax lis-sajjieda tradizzjonali biex imbagħad igawdu biss in-negozji l-kbar tal-industrija tas-sajd.” saħaq Alfred Sant.

PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI

Analiżi tal-Kummissjoni Ewropea fuq 18-il stat membru tal-UE juri li qed isiru r-riformi fil-politika ekonomika Ewropea, imma l-isforz mhux qed ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE

L-istati membri li jmissu mal-Mediterran iltaqgħu f’Ċipru biex jitkellmu dwar il-problemi u l-kriżijiet tal-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi tas-Sud ...
Read More

L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD

L-Ewropa ma tistax tfarfar il-problema tal-immigrazzjoni fuq l-istati żgħar tas-sud. Dan qalu Alfred Sant fuq l-istazzjon televiżiv Grieg ALPHA,  li ...
Read More

IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA

Wara l-attakk terroristiku fit-18 ta’ Marzu tal-2015 f’Tunis u dak tas-26 ta’ Ġunju tal-2015 f’Sousse, it-turiżmu fit-Tuneżija ħa daqqa ta’ ...
Read More

L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN

L-Għaqda tal-Ajruporti Internazzjonali qed turi t-tħassib tagħha dwar il-kontrolli li qed jiddaħħlu fil-fruntieri interni fiż-żona Xengen. Tixtieq li l-moviment ħieles ...
Read More

FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND

Il-Parlament Ewropew qabel li jibdew in-negozjati li jwasslu għal ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u l-Awstralja u New Zealand. Ir-riżoluzzjoni ...
Read More

M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI

L-istati membri li għandhom impjanti nukleari, m’għandhomx flus  għaż-żarmar tal-power stations nukleari u għall-organizzazzjoni tal-iskart radjoattiv. Biex jiżżarmaw l-impjanti nukleari ...
Read More

MIŻURI MONETARJI ĠODDA

Iż-żona ewro se terġa’ tirreġistra diflazzjoni għax-xahar ta’ Frar. Wara rata ta’ inflazzjoni ta’ 0.3% f’Jannar, ir-rata ta’ inflazzjoni għax-xahar ...
Read More

L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li investimenti pubbliċi fl-istati membri tal-UE jistimulaw l-investimenti privati nazzjonali u anke dawk fl-Ewropa kollha ...
Read More

IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI

Kważi l-istati membri kollha għaddejjin minn fenomenu komuni: it-tnaqqir tal-klassi soċjali tan-nofs li qed issibha dejjem aktar diffiċli biex tikkontribwixxi ...
Read More

L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN

Id-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għamlet ħilitha biex il-politika ġdida tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej (S&D) fil-Parlament Ewropew tinkludi l-ħarsien tal-interessi ...
Read More

IL-MED GROUP

Il-Med Group twaqqaf fi tmiem l-2013 u fih jagħtu s-sehem tagħhom il-Ministri tal-Affarijiet barranin ta’ dawk l-istati membri li jmissu ...
Read More

ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI

Fl-Istati Uniti, ħames pajjiżi fl-Ewropa qed ikunu msemmija bħala destinazzjonijiet ideali għall-irtirar. Qed jingħad li f’dawn il-ħames pajjiżi Ewropej jinstabu ...
Read More

BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tittama li ż-żona Xengen terġa’ lura għan-normal sal-aħħar tas-sena, konxja mid-diżordni, fost l-istati membri tal-UE, minħabba il-kriżi tal-immigrazzjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment