Il-kummerċ bejn l-Indja u l-UE laħħaq il-€102 biljun fl-2015. L-esportazzjoni tal-UE lejn l-Indja laħqet it-€38.1 biljun filwaqt li l-esportazzjoni tal-Indja lejn il-UE laħqet id-€39.4 biljuni. Dan ifisser li l-UE irreġistrat defiċit kummerċjali mal-Indja ta’ €1.3 biljun.
Il-pajjiżi Ewropej li biegħu aktar mal-Indja kienu l-Belġju (+€3.688 biljun), il-Ġermanja (+€3.425 biljun) u l-Isvezja (+€528 miljun). L-akbar defiċits kienu fir-Renju Unit (-€2.611 biljun), l-Olanda (-€1.687 biljun), Spanja (-€1.624 biljun) u Franza (-€0.841 biljun).
Fuq perijodu ta’ għaxar snin, il-kummerċ irdoppja minn €40.4 biljun fl-2005 għal €80.5 biljun fl-2011 u €77.5 biljun fl-2015.
L-Unjoni Ewropea fl-2015 kienet l-ikbar ‘trading partner’ tal-Indja (13%). Wara l-UE, iċ-Ċina (9.6%) u l-Istati Uniti (8.5%). Min-naħa l-oħra l-Indja kienet id-disa’ l-akbar ‘trading partner’ għall-UE.
Il-manifattura hija l-parti l-kbira tal-esportazzjoni taż-żewġ naħat. 89% tal-esportazzjoni tal-UE lejn l-Indja huma prodotti tal-manifattura. Minn dawn €14.5 biljun huma makkinarji u karozzi, €5 biljuni prodotti kimiċi u €14.4 biljun huma prodotti manifatturati oħra. 7% huma prodotti primarji – dawn jinkludu €2 biljuni f’materja prima, €0.4 biljuni fi prodotti tal-ikel u xorb u €0.3 biljuni fi prodotti tal-enerġija.
83% tal-esportazzjoni tal-Indja lejn l-Unjoni Ewropea kienu prodotti manifatturati. €6.5 biljun kienu makkinarju u karozzi, €6.4 biljun kienu prodotti kimiċi u €19.7 biljun kienu prodotti manifatturati oħra. 16% kienu prodotti primarji – dawn jinkludu €3 biljun fi prodotti tal-ikel u xorb, €2.1 biljun fi prodotti tal-enerġija u €1.2 biljun f’materja prima.
Il-kummerċ tas-servizzi bejn iż-żewġ naħat laħħaq l-€24.4 biljun fl-2014, minn dawn €12.3 biljun kienu esportazzjoni mill-UE.
L-Unjoni Ewropea hija l-akbar investitur barrani fl-Indja, b’investiment dirett ta’ €5.2 biljun fl-2014.
Waqt laqgħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja fi Brussell iż-żewġ naħat urew ix-xewqa biex terġa’ tissokta l-ħidma għal kummerċ ħieles bejn iż-żewġ partijiet. Din il-ħidma nbdiet fl-2007 iżda waqfet ħesrem wara sittax-il sezzjoni ta’ laqgħat tekniċi fl-2014, qrib l-elezzjoni fl-Indja.
JIŻDIED IS-SENTIMENT KONTRA L-UE
Read More
MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO?
Read More
JIŻDIEDU L-‘ĠELLIEDA BARRANIN’ FL-EWROPA
Read More
ALFRED SANT JISTAQSI LIEMA PAJJIŻI TAL-UE SE JIEĦDU IMMIGRANTI SIRJANI
Read More
JIŻDIED ID-DEFIĊIT PUBBLIKU TA’ SPANJA
Read More
IL-ĠERMANJA SE TONFOQ AKTAR GĦAR-REFUĠJATI
Read More
L-UNJONI EWROPEA TIMPONI SANZJONIJIET KONTRA L-MEXXEJJA LIBJANI
Read More
JONQOS IS-SENTIMENT POŻITTIV DWAR L-EKONOMIJA
Read More
L-ISVIZZERA B’KUMMERĊ AKBAR MIR-RUSSJA MAL-UE
Read More
L-UE B’DEFIĊIT KUMMERĊJALI MAL-INDJA
Read More
PRINĊEP RUMAN TA’ 52 SENA
Read More
Post a comment