L-Unjoni Ewropea qed tippjana djalogu mat-Turkija fis-Summit tan-NATO fil-25 ta’ Mejju. Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qalet li t-Turkija trid tirrispetta l-liġi tad-dritt jekk trid tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

“Jekk it-Turkija hija interessata fin-negozjati għad-dħul fl-Unjoni, taf li dan jimplika ċertu regoli speċjalment fil-qasam tad-drittijiet umani, il-liġi tad-dritt, id-demokrazija, u l-libertajiet fundamentali li jinkludu l-liberta` tal-espressjoni fil-qasam tax-xandir, l-assenza tal-piena kapitali u r-rispett tal-liġi internazzjonali.” qalet Mogherini.

Mogherini qalet li dawn ir-regoli huma ċari u magħrufa mit-Turkija u li issa it-Torok iridu juru jixtiqux jingħaqdu fl-UE jew le. Ir-Rappreżentanta Għolja qalet ukoll li f’dan l-istadju n-negozjati tad-dħul tat-Turkija fil-UE se jkomplu u mhux se jkunu sospiżi. Madanakollu ma hemmx pjanijiet li jinfetħu kapitli ta’ negozjati ġodda. Il-ftuħ ta’ kapitli ġodda ta’ negozjati jeħtieġu vot unanimu mill-Istati Membri tal-UE.

Fis-6 ta’ April it-Turkija approvat referendum li biddel il-kostituzzjoni tal-pajjiż u ta aktar saħħa lil President Erdogan. Fil-fehma ta’ Mogherini dan ma jfissirx it-tmiem tan-negozjati tal-UE mat-Turkija għax kollox jiddependi fuq kif dawn l-emendi se jkunu implimentati.

JIDDEĊIEDU  POST FRANZA FL-UE

Fis-7 ta’ Mejju l-Franċiżi se jagħżlu bejn kandidat indipendenti favur aktar integrazzjoni Ewropea jew kandidata tal-Lemin Estrem li wiegħdet li ...
Read More

L-UE FAVUR DJALOGU MAT-TURKIJA

L-Unjoni Ewropea qed tippjana djalogu mat-Turkija fis-Summit tan-NATO fil-25 ta’ Mejju. Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qalet li ...
Read More

IS-27 LESTI GĦAN-NEGOZJATI TAL-BREXIT

Is-Sibt li għadda s-27 Stat Membru tal-UE qablu unanimament dwar il-linji gwida li bihom se jimxu fin-negozjati tal-Brexit li mistennija ...
Read More

ID-DIVALWAZZJONI INTERNA TEFFETTWA ĦAŻIN IL-KOEŻJONI SOĊJALI

Il-Pilastri Soċjali proposti mill-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed biex inaqqsu mill-effetti negattivi tad-divalwazzjonijiet interni fis-soċjetajiet Ewropej, qal Alfred Sant ...
Read More

IL-ĠRAJJIET FI FRANZA, L-UKRAINA U T-TURKIJA JIGGRAVAW IL-KSUR TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

Il-Kummissarju tad-drittijiet tal-bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa Nils Muiznieks qal li l-ġrajjiet fi Franza u fl-Ukraina fl-2015 u fit-Turkija fl-2016 ...
Read More

AKTAR JEW ANQAS EWROPA SOĊJALI?

Il-Kummissjoni Ewropea nidiet dokument dwar id-dimensjoni soċjali tal-UE. Mistoqsija ta’ riflessjoni li poġġiet il-KE hija: “Minn issa sa l-2025 irridu ...
Read More

L-UE TAGĦTI L-AŻIL LIL 700,000 IMMIGRANT FL-2016

Fl-2016 l-Istati Membri taw protezzjoni umanitarja lil aktar minn 700,000 immigrant li talbu l-ażil. Ċifri ppubblikati f’rapport tal-Eurostat jgħidu li ...
Read More

L-EWROPEJ FAVUR L-GĦAJNUNA UMANITARJA

89% taċ-ċittadini Ewropej jemmnu li għandha tingħata l-għajnuna lil popolazzjonijiet f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw bħala miżura effettiva kontra l-faqar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment