L-Unjoni Ewropea m’għandhiex tibgħat messaġġi konfliġġenti lill-banek jekk irridu niżguraw l-investimenti meħtieġa fl-Ewropa. Dan qalu l-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar regolamenti ġodda ta’ sorvelja fil-qasam finanzjarju Ewropew. Dr. Sant qal li fuq naħa, l-UE qed tgħid lill-banek u lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex ikunu attivi u joħolqu affarijiet ġodda fil-proposti tagħhom dwar l-espansjoni ekonomika. Fuq in-naħa l-oħra, qed jintqal li l-banek iridu jsegwu modi ġodda u aktar prudenti biex jagħmlu n-negozju.
Il-banek huma importanti għall-investimenti ġodda li għandha bżonn l-Ewropa. Ir-regoli ġodda għal aktar trasparenza fit-transazzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni Ewropea huma meħtieġa biex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet finanzjarji jitmexxew bi prudenza, iżda dan m’għandux ifisser li l-banek jispiċċaw jitilfu mill-inizjattivi u joqogħdu lura milli jsellfu l-flus meħteġa għal aktar investimenti fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Dr Sant qal li l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda ta’ sorvelja jistgħu jkunu meħtieġa, iżda rridu niżguraw li dawn ikunu jaqblu mar-realtajiet ekonomiċi ta’ żminijietna. ‘L-aktar miżuri li qanqlu ħsibijiet fir-rapport li għandu quddiemu l-Parlament jitrattaw il-banek. Waqt li l-Ewropa qed tiffaċċja diflazzjoni u nuqqas ta’ investiment, it-trasparenza u l-prudenza fil-miżuri li qed jissemmew ma għandhomx joħolqu aktar tfixkil fis-sistemi finanzjarji Ewropej.’ Qal l-Ewroparlamentari Malti.
Segwi d-diskors ta’ Dr Sant billi tagħfas din il-link:
https://www.youtube.com/watch?v=oyZvdkaE9mw

L-ISTATI MEMBRI TAL-EU MITLUBA JŻOMMU KELMTHOM DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Aqra Aktar

IL-KROAZJA TRID TINED U SODOD GĦALL-IMMIGRANTI
Aqra Aktar

JEKK JGĦADDI L-‘BREXIT’ MA JKUNX HEMM REFERENDUM IEĦOR
Aqra Aktar

IR-RAPPORT ‘ROSATI’ MA JGĦADDIX
Aqra Aktar

L-EWROPA TEĦTIEĠ POLITIKA EKONOMIKA GĦALL-ISFIDI TAL-LUM
Aqra Aktar

TĦASSIB MINĦABBA L-INFLAZZJONI NEGATTIVA
Aqra Aktar

L-UE M’GĦANDHIEX TIBGĦAT MESSAĠĠI KONFLIĠĠENTI LILL-BANEK
Aqra Aktar

TNAQQIS FID-DEJN U D-DEFIĊIT FIL-PAJJIŻI TAL-EWRO FL-EWWEL KWART TAL-2015
Aqra Aktar

TRATTAMENT SPEĊJALI GĦAL GĦAWDEX FL-UNJONI EWROPEA
Aqra Aktar

IL-LIBJA TEĦTIEĠ PJAN TA’ AZZJONI
Aqra Aktar

€365.5 MILJUNI GĦALL-MAROKK, L-ALĠERIJA, IL-ĠORDAN U L-LEBANON
Aqra Aktar

ŻBILANĊ FIL-KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U Ċ-ĊINA
Aqra Aktar

IL-PARLAMENT EWROPEW IRID INAQQAS 317 IMPJIEG
Aqra Aktar

X’INHU L-VALLETTA SUMMIT?
Aqra Aktar

TAN-NANNA AKTAR MINN ĦELU MANNA
Aqra Aktar
Post a comment