Il-mexxejja Ewropej qablu li jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-Libja u fil-pajjiżi ġirien tagħha biex tingħalaq din ir-rotta għall-immigrazzjoni waqt li jżidu l-għajnuna għall-Italja fit-tmexxija tal-Mediterran ċentrali.

Il-pajjiżi membri qablu li jżidu l-fondi għall-Afrika. Bħalissa l-fond tal-Afrika jammonta għall-€175 miljun ewro, għalkemm il-KE kienet qed taspira għas-somma ta’ €1.8 biljun.

L-istati membri mistennija jilħqu kompromess fuq ir-riforma tat-trattat ta’ Dublin fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2018. Il-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk wiegħed li “sakemm inkun hawn jien, se nħares li jkun hawn l-għaqda”. Tusk kien qed jirreferi għall-pajjiżi tal-Visegrad (Polonja, Ungerija, Repubblika Ċeka u Slovakkja) li ma jaqblux mal-politika tal-KE meta fl-2015 b’maġġoranza kwalifikata ddeċidiet li l-istati membri jaċċettaw kwoti obbligatorji tal-immigranti mill-Greċja u l-Italja.

IL-FUTUR TAL-EWROPA –BILANĊ BEJN GĦAQDA U AMBIZZJONI

Bl-elezzjonijiet Ewropej fir-Rebbiegħa tal-2019 wara l-bieb, il-mexxejja tal-UE qablu li jiddiskutu riformi għall-proġett Ewropew – b’mod partikolari fir-rigward ta’ aktar ...
Read More

IS-SOĊJETA` ĊIVILI GĦAWDXIJA GĦANDHA TKUN PROTAGONISTA

Is-soċjeta` ċivili f’Għawdex għandha tkun il-protagonista fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-interessi tal-istudenti, il-ħaddiema u l-bdiewa Għawdxin. Is-sehem tal-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin ...
Read More

GĦAWDEX KIEN ĦAQQU 31% TAL-FONDI EWROPEJ, MHUX 10%

Għawdex kellu jingħata 31% tal-fondi Ewropej u mhux 10% għax il-fatti juru li Gvern Nazzjonalista kien żbaljat meta qal li ...
Read More

L-UE MHUX SE SSERRAĦ FUQ IL-KONTRIBUZZJONI TAR-RENJU UNIT WARA 2020

Wara l-2020 l-UE ma tistax isserraħ aktar fuq il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit. Dan qalu l-Kummissarju għall-Baġit Ewropew Günther Oettinger meta tkellem ...
Read More

IL-PROPOSTI TA’ MACRON GĦALL-ĠGANTI TAL-INTERNET MHUX FL-INTERESS TA’ MALTA                 

Il-proposti tal-President Franċiż Macron għall-ġganti tal-internet li għandhom suq Ewropew se jwasslu għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa. Dan qalu Alfred Sant lil ...
Read More

TITJIB FL-IMPJIEGI U ŻIEDA FIL-PREKARJAT FL-UE

Fl-UE hemm 235 miljun ruħ impjegati, numru ikbar mill-perijodu ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Rapport dwar l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa ...
Read More

IS-SERBJA MISTENNIJA SSIR MEMBRU TAL-UE 

Il-Prim Ministru l-ġdida tas-Serbja Ana Brnabic qalet lill-Parlament Ewropew li pajjiżha mhux viċin ir-Russja kif jaħsbu bosta iżda qalet li ...
Read More

L-UE TRID TAGĦLAQ IR-ROTTA TAL-MEDITERRAN

Il-mexxejja Ewropej qablu li jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-Libja u fil-pajjiżi ġirien tagħha biex tingħalaq din ir-rotta għall-immigrazzjoni waqt li jżidu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment