Temi Maltin u Ewropej huwa programm televiżiv ġdid ta’ informazzjoni u kummentarju bi produzzjoni tal-uffiċċju lokali tal-MPE Alfred Sant. Dan il-programm qed jiġi mniedi bl-appoġġ tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.

Temi Maltin u Ewropej ser jinkludi diskussjonijiet komprensivi dwar kwistjonijiet Ewropej u Maltin. Is-suġġetti diskussi waqt il-programm jinkludu l-European Green Deal, it-Tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea, il-Politika Soċjali Ewropea u d-Diġitalizzazzjoni. L-eks Prim Ministru u l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista tas-S&D fil-Parlament Ewropew Alfred Sant se jkun mistieden f’kull programm. Apparti Sant, f’kull programm qed jiġi mistieden kelliem ieħor li jispeċjalizza fis-suġġett li jkun fuq l-aġenda.

Wieħed mill-għanijiet ta’ Temi Maltin u Ewropej huwa li jeduka u jżomm lin-nies infurmati dwar ix-xogħol li jsir mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, primarjament il-Parlament Ewropew u jżommhom infurmati dwar l-aħħar strateġiji u politiki tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll kif dawn jirrelataw mas-sitwazzjoni Maltija. It-tim tal-produzzjoni tal-programm jagħmel riċerka estensiva għall-features li jissupplimentaw id-diskussjoni waqt il-programm. L-iscripts għal dawn il-features jinkitbu b’mod sempliċi, u jevitaw lingwaġġ tekniku kemm jista’ jkun, iżda xorta jkunu dettaljati biżżejjed biex jipprovdu idea ċara tas-suġġetti li jkunu qed jiġu diskussi.

Temi Maltin u Ewropej se jixxandar kull ġimgħatejn, u jintwera l-Erbgħa bejn is-18:00hrs u s-18:30hrs fuq Fliving, stazzjon televiżiv Malti. Ir-ripetizzjoni ta’ Temi Maltin u Ewropej qed tintwera l-Ħadd mit-20:00 sat-20:30 u t-Tnejn mill-10:00 sal-10:30. Streaming dirett ta’ kull programm jidher fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Alfred Sant.

Id-diskussjoni waqt l-ewwel programm li intwera l-Erbgħa 12 ta’ Jannar 2022 iffukat fuq il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Kevin Mercieca jieħu ħsieb il-preżentazzjoni u l-produzzjoni tal-programm bl-għajnuna ta’ Antoinette Falzon.


Alfred Sant’s MEP Office launches new TV programme: Temi Maltin u Ewropej

Temi Maltin u Ewropej is a new information and commentary TV programme produced by Alfred Sant’s MEP local office. It is being launched with the support of the Socialists and Democrats Group in the European Parliament.

Temi Maltin and Ewropej will feature discussions in depth about European and Maltese affairs. The topics discussed during the programme include the European Green Deal, Taxation in the European Union, European Social Policy and Digitalization. Former Prime Minister and Head of the Labour S&D Delegation to the European Parliament Alfred Sant will be a guest in every programme. Apart from Sant, another speaker who specializes in the subject put on the agenda is being invited in every programme. 

One objective of Temi Maltin u Ewropej is to educate and keep people informed about the work done by European Union institutions, primarily the European Parliament and keep them posted about the latest European Union strategies and policies, as well as how they relate to the Maltese situation. The production team behind the programme carries out extensive research, for features that supplement the discussion held during the show. Scripts for these features are written in a simple manner, avoiding technical jargon as much as possible, but still detailed enough to provide a good idea of the topics being discussed.

Temi Maltin u Ewropej will be broadcast on a biweekly basis, showing on Wednesdays between 18:00hrs and 18:30hrs on Fliving, a Maltese TV station. The repeat of Temi Maltin u Ewropej is showing on Sundays from 20:00hrs to 20:30hrs and on Mondays from 10:00hrs to 10:30hrs. Each programme is also live streamed on Alfred Sant’s Facebook page. 

The discussion during the first programme which went on air on Wednesday 12 January 2022 focused on the European Green Deal. The programme is presented and produced by Kevin Mercieca with the help of Antoinette Falzon.

conference

Sant kawt dwar il-liġi Ewropea ġdida proposta biex tiġġieled is-sussidji barranin

Fl-intervent tiegħu waqt skambju ta’ fehmiet dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu miġġielda s-sussidji barranin li ...
Read More
euplenary

L-isfida ta’ Roberta Metsola se tkun li ssaħħaħ l-influwenza tal-Parlament Ewropew fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea – Alfred Sant

Fil-kummenti tiegħu lill-midja wara li Roberta Metsola ġiet eletta President tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-MPE Maltija taċ-ċentru-lemin kisbet ...
Read More
digitaldevice

Alfred Sant: Wasal iż-żmien li monopolji globali li qed jaqbżu r-Regolamenti jitkissru f’unitajiet iżgħar?

Bħala r-relatur (rapporteur) tas-S&D għall-Opinjoni mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-Parlament Ewropew dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, Alfred Sant iddikjara li ...
Read More
temi

L-Uffiċċju tal-MPE Alfred Sant iniedi programm televiżiv ġdid: Temi Maltin u Ewropej

Temi Maltin u Ewropej huwa programm televiżiv ġdid ta’ informazzjoni u kummentarju bi produzzjoni tal-uffiċċju lokali tal-MPE Alfred Sant. Dan ...
Read More