Il-miżuri l-ġodda tal-Unjoni Bankarja għandhom jindirizzaw ir-realtajiet tal-istati membri u m’għandhomx ikunu kollha tal-istess tip għal kulħadd; dawn il-miżuri m’għandhomx iservu biex jgħollu l-ispiża għas-servizz bankarju għax din toħloq diffikultajiet akbar għall-impriżi żgħar u medji. Dr Alfred Sant, li qal dan fil-Parlament Ewropew waqt id-dibattitu annwali dwar l-Unjoni Bankarja, qal li għandha tingħata attenzjoni lejn l-impatt tar-regoli l-ġodda introdotti bl-Unjoni Bankarja.  L-akbar attenzjoni għandha tingħata lit-tibdil fl-ispejjeż tal-operat tal-banek u lil parametri ta’ kemm il-banek lesti li jsellfu, fid-dawl tan-nuqqas ta’ investiment li baqa’ jippersisti fl-Unjoni Ewropea f’dawn l-aħħar snin.

Dr Sant saħaq li jeħtieġ studju fil-fond dwar l-impatt li l-implimentazzjoni tal-Unjoni Bankarja qed ikollha b’mod ġenerali fuq il-kreditu tal-banek u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u medji. It-twettiq ta’ studju ta’ dan it-tip għandu jsir bl-għan li jnaqqas l-effetti negattivi. Huwa importanti, qal Dr Sant, li nkunu żguri li l-ħtiġijiet ta’ ċerti stati membri mhux jingħataw aktar importanza għad-detriment ta’ stati membri oħra.

Dr Sant qal li huwa importanti li nżommu d-direzzjoni li twassalna lejn l-Unjoni Bankarja. “Imma bl-istess mod huwa importanti wkoll li l-impatt tat-tibdiliet li l-Unjoni Bankarja ġġib magħha jkunu osservati b’mod effettiv. B’hekk il-miżuri korrettivi jittieħdu malajr u meta jkun hemm bżonn u mhux meta jkun tard wisq. Ma nistgħux nassumu li t-triq lejn l-Unjoni Bankarja se tkun ta’ benefiċċju għal kulħadd bl-istess mod. Għall-kuntrarju, jekk se narawhom bħala soluzzjonijiet ‘one-size-fits-all’, jiġifieri l-istess għal kulħadd, it-tibdiliet  ma jindirizzawx b’mod effettiv ir-realtajiet ekonomiċi u finanzjari differenti tal-istati membri tal-UE.” temm jgħid Dr. Sant.

ATTAKK FUQ L-EWROPA

L-attakki terroristiċi fi Brussell ħasdu lil kulħadd, minkejja li kif stqarr il-Prim Ministru Belġjan il-forzi tas-sigurta` Belġjani kienu qed jistennewhom ...
Read More

IL-FTEHIM BEJN IT-TURKIJA U L-UE: KEMM SE JKUN EFFETTIV?

L-UE se tibda tibgħat lura lit-Turkija l-immigranti li jaslu fuq ix-xtut tagħha. Għal kull immigrant li jintbagħat lura, se tieħu ...
Read More

JAGĦTU DAQQA T’ID LIL GREĊJA

13-il stat membru tal-UE flimkien man-Norveġja qed joffru l-għajnuna u l-assistenza tagħhom lil Greċja, li bħalissa hija mifnija bil-problemi tal-immigranti ...
Read More

MA JIRRISPETTAWX L-OBBLIGI BAĠITARJI TAGĦHOM

Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet it-tħassib tagħha għaliex Spanja, il-Belġju, il-Kroazja, il-Finlandja, l-Italja u r-Rumanija mhumiex jirrispettaw l-obbligi baġitarji tagħhom. Il-Kummissjoni wissiet ...
Read More

AKTAR FLESSIBILITA` DWAR IR-RATI TAL-VAT

Il-Kunsill tal-Ewropa jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li tiżdied il-flessibilita` nazzjonali dwar rati mnaqqsa tal-VAT. Il-Kummissjoni qed tħejji pjan ta’ azzjoni dwar ...
Read More

L-UNJONI BANKARJA GĦANDHA TINDIRIZZA IR-REALTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Il-miżuri l-ġodda tal-Unjoni Bankarja għandhom jindirizzaw ir-realtajiet tal-istati membri u m’għandhomx ikunu kollha tal-istess tip għal kulħadd; dawn il-miżuri m’għandhomx ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI FL-EWROPA

Ir-rata ta’ nies fid-dinja tax-xogħol qed tiżdied, anki jekk b’mod kajman fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ nies jaħdmu żdiedet b’medja ta’ ...
Read More

MEĦTIEĠA SOLUZZJONIJIET ĠODDA GĦALL-GŻEJJER ŻGĦAR TAL-UE

Membri Parlamentari Ewropej minn Sqallija, Sardinja, gżejjer Griegi, Ċipru u Malta qablu li l-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha soluzzjonijiet ġodda għall-politika ...
Read More

GĦAWDEX JIXRAQLU TRATTAMENT SPEĊJALI

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi li gżejjer żgħar bħal Għawdex ma jaffettwawx is-suq ħieles u li r-regoli tal-għajnuna tal-istat u r-regoli ...
Read More

€200 MILJUN GĦALL-ERITREA

L-Eritrea mistennija tirċievi €200 miljun sas-sena 2020. Il-Parlament Ewropew qed jisħaq mal-Kummissjoni biex tassigura ruħha li l-ebda ċenteżmu minn dawn ...
Read More

X’INHU INTERGROUP?

Fil-Parlament Ewropew hemm 28 Intergroups. Dawn ġew approvati fil-11 ta’ Diċembru 2014 mill-Konferenza tal-Presidenti. L-Intergroups jistgħu jkunu ffurmati mill-Membri Parlamentari ...
Read More

TRADIZZJONIJIET  TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Fl-Ewropa x-xeni li jwassluna għall-ikbar festa tal-Knisja huma simili b’karatteristiċi differenti. F’Sevilja fi Spanja jsiru l-purċissjonijiet bir-Redentur b’xemgħat twal erba’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment