Dr. Alfred Sant qal lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-S&D u r-rappreżentanti tal-Parlamenti Nazzjonali li l-Unjoni Ewropea għandha tkun aktar sensittiva għall-istati membri tagħha li qed jirċievu eluf ta’ refuġjati u li diġa` huma mgħobbijin bil-kriżi tal-immigrazzjoni. Il-laqgħa tal-S&D fi Brussell, li għaliha attendew Martin Schultz, President tal-Parlament Ewropew, Gianni Pittella, President tal-S&D u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg, iddiskutiet il-bżonn ta’ pożizzjoni komuni għal politika Ewropea koerenti u magħquda dwar l-immigrazzjoni.
Dr. Sant qal li l-UE trid tifhem li ċ-ċittadini tagħha huma mbeżżgħin mill-influss ta’ eluf ta’ refuġjati li qed jaqsmu lejn l-Ewropa. ‘Iċ-ċittadini Ewropej iridu jserrħu moħħhom li l-politika Ewropea tal-immigrazzjoni qed titfassal u tiġi implimentata bl-għan li l-ħajja personali tagħhom tkun imħarsa. Jeħtieġ pjan ġenerali u finanzjarju fit-tul fuq livell Ewropew biex ikunu sostnuti l-istqarrijiet tal-valuri li ilna nisimgħu. Dan il-pjan għandu jkun ċar u jiġi spjegat lill-poplu’, stqarr Dr. Sant.
Dr. Sant qal li l-Ewropa teħtieġ pjan fit-tul li jżomm quddiem għajnejh il-bżonnijiet soċjali, ekonomiċi u umanitarji, l-aktar ta’ dawk l-istati membri milqutin direttament mill-kriżi tal-immigrazzjoni. ‘Hemm bżonn pjan li jħares fit-tul għall-ħames snin li ġejjin. Irridu nappoġġjaw lir-refuġjati li qed jaqsmu lejn l-Ewropa, imma fl-istess waqt irridu nikkonvinċu liċ-ċittadini tagħna li nistgħu nilqgħu għal din il-kriżi, li għandna pjan ta’ azzjoni.’ Qal Dr. Sant.
XEJN DIFFERENTI MIR-RETTORIKA TAS-SOLTU – MERKEL U HOLLANDE JINDIRIZZAW LILL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
FAŻI ĠDIDA GĦAL ‘SOPHIA’
Read More
IT-TALBIET GĦALL-AŻIL JIŻDIEDU B’85%, L-AKTAR SIRJANI
Read More
LISTA TA’ PAJJIŻI LI JOFFRU SIGURTA` LIĊ-ĊITTADINI TAGĦHOM
Read More
AKTAR FONDI LILL-PAJJIŻI ĠIRIEN TAL-UE GĦALL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
L-UNJONI EWROPEA GĦANDHA TGĦIN LILL-ISTATI MEMBRI MILQUTIN DIRETTAMENT MILL-KRIŻI TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
IĊ-ĊENTRU XELLUG JERĠA’ JIRBAĦ L-ELEZZJONI FIL-PORTUGALL
Read More
L-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI FL-ISTATI GŻEJJER TAL-UE JEĦTIEĠU L-INKORAĠĠIMENT
Read More
IR-RATA TAL-QGĦAD TIBQA’ 11% FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
L-EKONOMIJA SPANJOLA FOST L-AKTAR DINAMIĊI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
L-ISLANDA TGAWDI MINN FTEHIM TA’ KUMMERĊ MAL-UE
Read More
TIKBER L-ISLAMOFOBIJA FIL-ĠERMANJA
Read More
TONQOS L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Read More
GĦAL SIESTA WAQT IX-XOGĦOL
Read More
Post a comment