L-Unjoni Ewropea m’għandhiex soluzzjonijiet għal Għawdex. Għawdex mhux rikonoxxut mill-UE bħala reġjun, anzi jrid joqgħod għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni li mhumiex fl-interess tal-gżira Għawdxija.  Dan kien il-messaġġ tal-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant f’Konferenza dwar l-Iżvilupp ta’ Għawdex fl-Ewropa li matulha kelliema Għawdxin mill-qasam studentesk, kummerċjali u politiku saħqu dwar il-problemi li insularita` doppja qed tħalli fuq l-iżvilupp ta’ Għawdex. Dr Sant qal li Għawdex għandu bżonn Awtorita` Reġjonali li titmexxa fl-interess tal-Għawdxin waqt li tibqa’ tiġbed il-ħin kollu l-ħabel tal-gvern tal-ġurnata.

Dr Sant qal li se jibqa’ jappoġġja kull miżura biex Għawdex jieħu dak li huwa tiegħu u jagħmel tajjeb għall-iżvantaġġi li għandu minħabba l-insularita` doppja. L-Għawdxin ma jistgħux jistennew li l-Unjoni Ewropea se ssolvi l-problemi ta’ Għawdex. Iridu jkunu l-Għawdxin li jsolvu l-problemi tagħhom. Għawdex jonqsu ħtieġa strateġika li jitmexxa bħala reġjun. ‘Kienet f’waqtha ir-riferenza għal Għawdex fil-Budget li jiffoka fuq ir-reġjonalita` tiegħu.’ saħaq Alfred Sant.

Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea mhux se jinbidlu la għal Għawdex u lanqas għal gżejjer oħra tal-Unjoni Ewropea. ‘Ir-regoli tal-UE jaħdmu kontra Għawdex u kontra gżejjer oħra fil-periferija tal-Ewropa. L-istess jiġri fi gżejjer oħra bħal Corsica u Sardegna fejn il-popolazzjoni ta’ dawn il-gżejjer għandhom l-istess sfidi li għandha l-gżira Għawdxija. Fil-Parlament Ewropew nisħaq li r-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni ma jagħmlux sens għal gżejjer bħal Għawdex.  Dawn ir-regoli ma jippermettux li l-istat jagħti l-għajnuna għal servizzi ta’ ‘fast ferry’ bejn Għawdex u Malta u bejn il-bqija tal-Mediterran li huwa tant meħtieġ bħalissa għal raġunijiet soċjali u kummerċjali. ‘Irridu nifhmu li dawn ir-regoli mhumiex se jinbidlu u għalhekk iridu jkunu l-Għawdxin li jsibu s-soluzzjonijiet għall-isfidi li għandhom quddiemhom.’

Il-Konferenza ġiet indirizzata wkoll minn Joe Cordina, Maria Dimech u Joe Grech li tkellmu dwar l-isfidi Ewropej ta’ Għawdex fl-oqsma soċjali, politiċi u ekonomiċi.

https://youtu.be/1qIciucW_cM

 

 

L-UNJONI EWROPEA M’GĦANDHIEX SOLUZZJONIJIET GĦAL GĦAWDEX

L-Unjoni Ewropea m’għandhiex soluzzjonijiet għal Għawdex. Għawdex mhux rikonoxxut mill-UE bħala reġjun, anzi jrid joqgħod għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni li mhumiex fl-interess ...
Read More

IL-BAĠITS TA’ 7 PAJJIŻI TAŻ-ŻONA EWRO FIL-MIRA TAL-KUMMISSJONI

7 stati membri taż-żona ewro – Belġju, Ċipru, Finlandja, Italja, Spanja, Litwanja u Portugall iridu jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni dwar ...
Read More

22 MILJUN FQIR FL-EWROPA

F’Riżoluzzjoni dwar il-baġit Ewropew il-Parlament Ewropew qal li mill-2008 sal-2014, in-numru ta’ individwi fl-UE li huma f’riskju ta’ faqar u ...
Read More

BDEW JINTUŻAW IL-FONDI GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

Il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker qal li l-fondi għar-refuġjati fit-Turkija huma lesti u bdew jintużaw. Il-fondi nġabru hekk - €1 ...
Read More

IL-PROĠETT TA’ DIFIŻA EWROPEW IŻID IX-XETTIĊIŻMU FL-EWROPA

Il-Pjan ta' Difiża Ewropew se jżid ix-xettiċiżmu dwar il-proġett Ewropew. Il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar ħidma fuq il-Pjan ta’ Difiża Ewropew ...
Read More

L-GĦAJNUNIET LILL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI JRIDU JITĦADDMU B’MODI AKTAR EFFETTIV

Irridu niżguraw is-suċċess għall-industriji żgħar u medji fl-Ewropa billi naraw li l-għajnuniet li jingħataw jitħaddmu b’mod aktar effettiv. Irridu nifhmu ...
Read More

TONQOS IL-PRODUZZJONI TAL-INBID EWROPEW

Il-produzzjoni tal-inbid fl-Ewropa naqset mis-sena l-oħra minħabba kundizzjonijiet klimatiċi. Xi stati membri sofrew min-nixfa kbira waqt li oħrajn sofrew minn ...
Read More

L-INĠENJU TAL-AJRU TAL-FUTUR

L-AIRLANDER huwa l-ikbar inġenju tal-ajru s’issa u huwa twil 302 piedi, wiesa’ 143 pied, u jiżen aktar minn 22 tunnellata ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment