L-Unjoni Ewropea imponiet sanzjonijiet fuq iż-żewġ mexxejja Libjani. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħabbar li Aguila Saleh, il-President tal-Kunsill tad-Deputati fil-Libja, għadu ma tax il-vot tiegħu favur il-gvern ta’ għaqda nazzjonali. Għalhekk l-UE imponiet sanzjonijiet fuqu billi waqqfitlu l-visa u ffriżatlu l-assi fl-UE. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħabbar l-istess sanzjonijiet għal Nuri Abu Sahmain, l-President tal-Kungress Generali Nazzjonali u lil Khalifa Ghweil, il-Prim Ministru u l-Ministru tad-Difiża ta’ dan il-kungress li mhux rikonoxxut internazzjonalment.
Dawn il-miżuri jkunu reveduti ġaladarba jkun hemm xi żviluppi ġodda, inkella jibqgħu fis-seħħ sas-17 ta’ Marzu 2017. Skont l-UE, it-tliet politiċi Libjani ngħataw is-sanzjonijiet għax qed ifixklu l-implimentazzjoni tal-ftehim politiku li ntlaħaq fis-17 ta’ Diċembru u l-formazzjoni ta’ Gvern ta’ għaqda nazzjonali.
Il-Kunsill jinsab imħasseb bil-qagħda tal-Libja minħabba l-atti li qed jheddu l-paċi, is-sigurta` u l-istabbilita` tal-pajjiż.
Meta l-Parlament Ewropew iddiskuta l-Libja, il-MPE Malti Alfred Sant kien qal li ma jaqbel xejn mal-ħsieb li l-Unjoni Ewropea timponi xi sanzjonijiet fuq individwu jew istituzzjonijiet Libjani. ‘Tkun deċiżjoni ħażina jekk fil-preżent ikunu imposti sanzjonijiet kontra dawk li mhux qed iwasslu għall-għaqda. Aktar u aktar jekk dawn isiru indipendentement mis-sistema tal-Ġnus Magħquda. Aġir bħal dan iservi biex iqajjem xrara ta’ suspett fost il-poplu Libjan dwar l-intenzjonijiet Ewropej,’ kien wissa Alfred Sant.
Dr Sant qal li l-UE għandha tistenna l-formazzjoni ta’ Gvern Libjan ta’ għaqda nazzjonali taħt il-patroċinju tal-Ġnus Magħquda. “L-UE għandha żżomm ma’ din id-deċiżjoni. B’hekk tkun tista’ tikseb mill-ġdid ir-rispett u terġa’ tibda tkun fdata mill-poplu Libjan. Is-sitwazzjoni fil-Libja hija diffiċli ħafna. “Mossi li jistgħu jidhru li qed jagħmlu gvern Libjan ta’ għaqda nazzjonali bħala pupazz tal-gvernijiet barranin jista’ jħalli konsegwenzi perikolużi,” wissa Dr. Sant.

JIŻDIED IS-SENTIMENT KONTRA L-UE
Read More

MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO?
Read More

JIŻDIEDU L-‘ĠELLIEDA BARRANIN’ FL-EWROPA
Read More

ALFRED SANT JISTAQSI LIEMA PAJJIŻI TAL-UE SE JIEĦDU IMMIGRANTI SIRJANI
Read More

JIŻDIED ID-DEFIĊIT PUBBLIKU TA’ SPANJA
Read More

IL-ĠERMANJA SE TONFOQ AKTAR GĦAR-REFUĠJATI
Read More

L-UNJONI EWROPEA TIMPONI SANZJONIJIET KONTRA L-MEXXEJJA LIBJANI
Read More

JONQOS IS-SENTIMENT POŻITTIV DWAR L-EKONOMIJA
Read More

L-ISVIZZERA B’KUMMERĊ AKBAR MIR-RUSSJA MAL-UE
Read More

L-UE B’DEFIĊIT KUMMERĊJALI MAL-INDJA
Read More

PRINĊEP RUMAN TA’ 52 SENA
Read More
Post a comment