Lara Comi, l-MEP Taljana ta’ Forza Italia tinsab akkużata bit-tanġenti u b’korruzzjoni fl-Italja. Comi hija ħabiba kbira ta’ David Casa, tappoġġjah u tatu endorsement għall-elezzjonijiet Ewropej. Comi kienet tieħu r-ritratti ta’ Casa jitkellem kontra Malta fil-Parlament Ewropew.

David Casa kien ġab lil Lara Comi Malta biex titkellem dwar is-saltna tad-dritt u kontinwament kien juża l-endorsements tagħha fuq il-midja soċjali.

Lara Comi daħlet fi skandlu serju u li fih diġa` ġew arrestati 43 persuna. Lara Comi issemmiet f’konverżazzjonijiet li għandha l-pulizija Taljana dwar tpartit ta’ ħatriet u konsulenzi li jlaħħqu flejjes kbar. Fl-imgħoddi Comi kienet maqbuda wkoll fi skandlu ta’ ħlasijiet ta’ flejjes Ewropej.

Kien Alfred Sant fil-programm XARABANK li żvela l-ħbiberija ta’ Casa ma’ Comi li saħansitra ħaditlu r-ritratti meta kien qed jitkellem kontra Malta fil-Parlament Ewropew.

“Kif jista’ jkun kredibbli David Casa meta l-ħbieb tiegħu fil-Parlament Ewropew huma korrotti u akkużati bil-korruzzjoni.  Bħal seħbitu Lara Comi, David Casa qed iqarraq – ivvota favur ir-riżoluzzjoni dwar it-taxxi kif emendata – ivvota favur it-taxxi għal kulħadd l-istess. Dik hija ir-realtà.” staqsa Afred Sant.

Wara snin jinqeda fuq il-midja soċjali bil-ħabiba tiegħu Comi u jixxena biha f’Malta, David Casa neħħa l-endorsment ta’ Comi minn fuq il-midja soċjali.

PRIJORITÀ : IS-SOVRANITÀ TAT-TASSAZZJONI

Fil-mandat li ġej tal-Parlament Ewropew, se jiżdiedu l-isforzi favur bidliet fil-politika Ewropea li jpoġġu limiti ġodda fuq kif il-pajjiżi membri ...
Read More

LARA COMI AKKUŻATA B’TANĠENTI FL-ITALJA

Lara Comi, l-MEP Taljana ta’ Forza Italia tinsab akkużata bit-tanġenti u b’korruzzjoni fl-Italja. Comi hija ħabiba kbira ta’ David Casa, ...
Read More

CORBYN: IL-LABOUR JERĠA’ JGĦAQQAD IL-BRITTANIĊI

Jeremy Corbyn qal li l-labour Ingliż huwa l-uniku partit li jerġa’ jgħaqqad lil Brittaniċi. Waqt li nieda l-kampanja tal-partit tiegħu ...
Read More

TAL-PN FAVUR L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI

Il-membri tal-PN fil-Parlament Ewropew ivvotaw favur riżoluzzjoni dwar it-taxxi fl-Unjoni Ewropea li tgħid ċar u tond li għandha titneħħa regola ...
Read More

VERDETT FUQ MACRON

Fi Franza l-partiti politiċi qed joħorġu numru rekord ta’ kandidati iżda l-Franċiżi għadhom kemmxejn indifferenti għal kampanja elettorali. Skont l-istħarriġ ...
Read More

AKTAR SPAZJU GĦALL-ARTISTI MALTIN FL-EWROPA

L-artisti Maltin u Għawdxin jistgħu u għandhom jipprovaw isibu aktar spazju biex il-kreazzjonijiet tagħhom isiru magħrufa aħjar fl-Ewropa għax it-talent fostna ...
Read More

POLITIKA LI TIŻGURA L-ĦARSIEN TAL-ĦADDIEMA

Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`. Il-problema fundamentali hi li ...
Read More

L-ITALJA LESTA TIKSER IR-REGOLI FINANZJARJI EWROPEJ

Il-finanzi pubbliċi tal-Italja iddeterjoraw sew u se jkunu qed jiksru r-regoli Ewropej sakemm Ruma ma tbiddilx il-politika tagħha. Iżda t-tmexxija ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment