L-ex Prim Ministru Laburista Alfred Sant qal li jekk jikseb il-fiduċja tal-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej jibqa’ il-vuċi ta’ Għawdex fl-Ewropa u jinsisti li fondi u għajnuniet oħra mill-Budget Ewropew tas-sena 2020-2027 jintużaw biex jgħinu proġetti ġodda f’Għawdex fl-oqsma tat-turiżmu, tal-manifattura, tal-biedja. Alfred Sant qal dan meta kien qed jitkellem f’Konferenza Politika bit-tema FIDUĊJA F’GĦAWDEX – GĦAL EWROPA SOĊJALI fiċ-Ċentru Laburista tan-Nadur.

Alfred Sant qal li Għawdex irid jibni b’mod għaqli fuq is-suċċessi miksuba ħalli aktar u aktar Għawdxin iħossu li jistgħu minn Għawdex, jiżviluppaw b’suċċess il-ħajja tax-xogħol, il-karrieri u l-proġetti tagħhom. It-talenti u l-inizjattiva li għandna f’Għawdex huma impressjonanti. Dawn it-talenti jidhru fl-oqsma tal-finanzi, tal-manifattura, tat-turiżmu, tal-bini, tal-arti u l-kultura.

Alfred Sant qal li fl-aħħar ġimgħat, ra kif jagħmel biex iżur dawn is-suċċessi Għawdxin.

“Għawdex ibati minn żvantaġġi kbar minħabba l-insularità doppja tiegħu. Imma forsi nitkellmu wisq dwar kif dawn l-iżvantaġġi jxekklu proġetti Għawdxin. U ma nitkellmux biżżejjed dwar kif il-gżira Għawdxija għandha wkoll stejjer ta’ suċċess.”

Alfred Sant qal li fil-ħames snin li għaddew baqa’ jitla’ b’mod regolari f’Għawdex biex jifhem  l-isfidi u l-aspirazzjonijiet ta’ setturi differenti tas-soċjeta` Għawdxija.

“Fl-aħħar ġranet iltqajt ma’ operaturi turistiċi f’Għawdex. Enfasizzajt li d-diving f’Għawdex huwa risors imprezzabbli li rridu nieħdu ħsiebu daqs il-wirt arkeoloġiku u arkitettoniku ta’ Għawdex. Tkellimt mar-raħħala, il-bdiewa, ma’ sidien tal-fabbriki tal-għamara u tat-tadam, ma’ produtturi ta’ artiġjanat Għawdxi. Iltqajt mar-rappreżentanti tal-istudenti Universitarji Għawdxin u stajt nammira l-ħila akkademika taż-żgħażagħ Għawdxin li jixirqilhom kull appoġġ u sostenn.”

Alfred Sant qal li rridu nkomplu nitgħallmu mis-suċċessi tal-Għawdxin u nwasslu l-messaġġ ta’ ottimiżmu waqt li naraw kif l-aħjar nistgħu ngħinu aktar  fir-rankatura ta’ proġetti ġodda. F’dan, fondi u għajnuniet oħra mill-Ewropa jistgħu jkunu ta’ siwi kbir jekk jintgħażlu u jintużaw bl-akbar reqqa.

_0005_europe-map

JAGĦLAQ IL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew din il-ġimgħa laqqa’ l-aħħar sezzjoni plenarja fi Strasburgu għal din il-leġiżlatura. Il-Parlament Ewropew jerġa’ jiftaħ b’deputati ġodda wara ...
Read More
_0003_malta-aerial

“MALTA GĦANDHA BŻONNOK”

“Malta għandha bżonn lil Alfred Sant. Alfred għandu l-esperjenza, dik it-tip ta’ viżjoni li fil-Parlament Ewropew u f’kull post iġib ...
Read More
alfredsant-josephmuscat

 “JIEN MALTI QABEL MA JIEN EWROPEW”

“Jiena Malti qabel ma jien Ewropew. Irridu nżommu qawwija l-fiduċja f’Malta – Malta tagħna, Malta li tiġi l-ewwel u qabel ...
Read More
conference-gozo

‘LEST NIBQA’ L-VUĊI TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA’

L-ex Prim Ministru Laburista Alfred Sant qal li jekk jikseb il-fiduċja tal-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej jibqa’ il-vuċi ta’ Għawdex fl-Ewropa u ...
Read More
finland-sdp

IS-SOĊJALISTI DEMOKRATIĊI JEGĦLBU LIL LEMIN ESTREM FIL-FINLANDJA

Fl-elezzjoni ġenerali tal-Finlandja s-Soċjalisti u Demokratiċi għelbu bi żbrixx lill-Partit tal-Lemin estrem fil-Finlandja meta fl-elezzjoni ġenerali ġabu l-aktar voti b’17.7% ...
Read More
boeing777

TARIFFI ĠODDA FUQ PRODOTTI AMERIKANI

L-UE qed tikkonsidra tagħmel tariffi ġodda fuq prodotti Amerikani biex tpatti għas-sussidji li qed tirċievi l-kumpanija tal-ajruplani Amerikana Boeing mill-Istati ...
Read More
divers

ID-DIVING RIŻORS GĦAL GĦAWDEX DAQS IT-TEMPJI

Is-settur tad-diving għal Għawdex huwa riżors importanti daqs iċ-Ċittadella u t-Tempji Megalitiċi, qal l-ex Prim Ministru Alfred Sant meta żar ...
Read More
fighting-libya

BIEX IL-LIBJA MA SSIRX BEJTA TAT-TERRORIŻMU

L-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu. Dan qalu Alfred Sant f’intervent dwar is-sitwazzjoni fil-Libja fil-Parlament Ewropew. L-Ewropej ...
Read More