Londra hija l-iktar belt effettiva fid-dinja biex tattira investiment ġdid. Il-kapitali Ingliża attirat 359 negozju ġdid fl-2014, ċifra ferm akbar mill-ibliet l-oħra li jikkompetu magħha. Fit-tieni post hemm Shanghai b’267 proġett ta’ espansjoni. Fit-tielet post hemm Pariġi li attirat 170 negozju ġdid, 4 proġetti aktar minn Hong Kong li attirat 155 proġett (-2 proġetti fuq l-2013). New York attirat 150 proġett (-2 proġetti mill-2013), Sydney (140 proġett; -1), Dublin (110 proġett; -5), Peking (93 proġett) u Tokyo (88 proġett; +3).

Facebook Comments

Post a comment