Bosta stati membri pprotestaw kontra l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tnaqqas il-baġit għal qasam tal-biedja u l-politika ta’ koeżjoni għal baġit 2021-2027. Malta, Polonja, Estonja, Portugall, Slovenja, Greċja, Slovakkja, Romanija, Irlanda, Kroazja, ir-Repubblika Ċeka u Ungerija opponew il-proposta ta’ tnaqqis ta’ 7%.
Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha l-għan li ttejjeb il-qagħda ekonomika tar-reġjuni tal-UE u tnaqqas id-differenzi reġjonali ta’ bejniethom.
Hemm nuqqas ta’ qbil dwar l-infiq totali tal-UE. Il-Polonja, Ungerija u Repubblika Ċeka mhux jaqblu mal-proposta li l-fondi jkunu marbuta mal-konformita` tal-istat tad-dritt. Min-naħa l-oħra l-Olanda, Franza, l-Ġermanja u l-Isvezja jaqblu ma’ din it-tip ta’ politika.
Il-Polonja, Spanja u l-Portugall jaqblu mas-sistema preżenti dwar il-kriterji tal-allokazzjoni tal-fondi ta’ koeżjoni skont il-prodott gross domestiku ras għal ras tal-popolazzjoni. Malta, Franza u l-Italja huma fost il-pajjiżi li talbu li jidħlu kriterji soċjo-ekonomiċi oħra fl-allokazzjoni tal-fondi.
Franza, Spanja, Malta, Irlanda, Polonja, Kroazja, Slovakkja, Ungerija, Romanija, Estonja, Portugall u Italja pprotestaw kontra t-tnaqqis tal-fondi għall-biedja. Litwanja u Finlandja pprotestaw kontra t-tnaqqis fil-fondi għall-iżvilupp rurali, ukoll marbuta mal-qasam tal-biedja.
Il-pajjiżi li l-aktar jikkontribwixxu fil-baġit Ewropew – Danimarka, Svezja, Finlandja, Olanda u Awstrija qed jopponu li tiżdied il-kontribuzzjoni nazzjonali tal-istati membri, kif issuġġeriet il-Kummissjoni. Il-Ġermanja taqbel magħhom ukoll. L-Olanda taqbel mat-tnaqqis tal-fondi tal-biedja u ta’ koeżjoni.
Biex jiżdied id-dħul tal-UE, Franza taqbel ma’ taxxa għal ġganti tal-internet u ma’ taxxa konsolidata komuni għal korporazzjonijiet.
Malta opponiet li l-baġit Ewropew ikun iffinanzjat permezz tat-taxxi diretti.
L-Italja qed titlob biex jiżdiedu l-fondi għall-qasam tal-immigrazzjoni u għal kooperazzjoni bejn l-UE u stati terzi biex jinżammu taħt kontroll it-traffikanti tal-persuni u l-immigrazzjoni illegali.
Biex tagħmel tajjeb għat-telf ta’ bejn €12 u €14-il biljun minħabba l-Brexit, l-UE trid tiffranka l-flus (billi tnaqqas l-infiq fil-biedja b’5% u fil-fondi ta’ koeżjoni b’7%) u żżid il-baġit f’ċertu oqsma (riċerka, Erasmus+, difiża u immigrazzjoni).

IR-RENJU UNIT IWISSI DWAR AKTAR ATTAKKI ATROĊI MILL-ISIS FL-EWROPA
Read More

MA JAQBLUX MAL-PROPOSTI TAL-KE DWAR IL-BAĠIT
Read More

TRID TAGĦTI GARANZIJA DWAR L-ISTAT TAD-DRITT SA ĠUNJU
Read More

JIMBLOKKAW DIKJARAZZJONI TAL-UE KONTRA L-AMBAXXATA AMERIKANA F’ĠERUSALEMM
Read More

TRASPORT EFFIĊJENTI ESSENZJALI GĦAT-TKABBIR U L-IŻVILUPP FL-EWROPA
Read More

ĊEKI JAQILGĦU TLIET DARBIET AKTAR FIL-ĠERMANJA
Read More

L-EBDA SINJAL MINN RUMA DWAR IR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA
Read More

5.4 MILJUN IMMIGRANT TIFEL U TIFLA JGĦIXU FL-EWROPA
Read More
Post a comment