Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk stqarr li l-opinjoni tal-UE dwar ir-relazzjonijiet mar-Russja ma taqbilx ma’ dik tal-Istati Uniti. “Ma nistax ngħid li hemm opinjoni komuni bejnietna fuq ir-Russja iżda qegħdin fuq l-istess binarju dwar il-kunflitt tal-Ukraina”. qal Tusk.
Il-President tal-Kunsill tal-UE qal li f’ċertu setturi, bħal dak tal-kummerċ, għad irid isir djalogu biex l-ideat taż-żewġ partijiet jersqu lejn xulxin. S’issa għad hemm wisq differenzi ta’ ideat qal Tusk. It-taħdidiet dwar il-ftehim ta’ kummerċ ħieles u ta’ investiment bejn l-UE u l-Istati Uniti, imsejjaħ TTIP, għadhom iffriżati. Il-President Trump mhux qed juri wisq ħeġġa biex jiftaħhom.
Kelliem għall-Istati Uniti qal li ż-żewġ partijiet qablu dwar tisħiħ fir-relazzjonijiet ekonomiċi kif ukoll dwar ħidma kontra l-kompetizzjoni inġusta.
Il-President Tusk qal li sar qbil ukoll dwar il-ħidma kontra t-terroriżmu. Iż-żewġ partijiet qablu li tinħtieġ ħidma konġunta biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra d-Da’esh u r-radikalizzazzjoni.
PUTIN U MACRON JILTAQGĦU F’VERSAILLES
Read More
MA JARAWX GĦAJN B’GĦAJN DWAR IR-RUSSJA
Read More
GŻEJJER U REĠJUNI TAL-UE GĦANDHOM JIĠU EŻENTATI MIR-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI
Read More
ENERĠIJA NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE
Read More
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW SE JKOMPLI JITFA’ L-FLUS FIS-SUQ
Read More
L-EWROPEJ IRIDU KOOPERAZZJONI MAT-TURKIJA
Read More
L-UE TITLOB WAQFIEN MILL-ĠLIED FIL-LIBJA
Read More
GRAWND TAL-FUTBOL FI BRATISLAVA BL-GĦAJNUNA TAL-ISTAT
Read More
Post a comment