Il-President Franċiż Emanuel Macron qal li l-mexxejja Ewropej għandhom jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Ewropej wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dan għandu jsir, qed jisħaq Macron, biex ikunu indirizzati l-isfidi tal-immigrazzjoni u tas-sigurta` fl-Ewropa.

Macron qed isejjaħ għal ‘Rinaxximent Ewropew’ li jħares il-valuri Ewropej kontra l-movimenti nazzjonalistiċi u popolari li qed ifaqqsu madwar l-Ewropa.

Is-sejħa ta’ Macron għal riformi fl-UE ġabet reazzjonijiet imħallta. Waqt li f’bosta kapitali Ewropej sabet l-appoġġ, fir-Repubblika Ċeka l-Prim Ministru Andrej Babiš qal li din kienet maqtugħa mir-realtajiet li qed jgħixu l-Ewropej.

Ħafna interpretaw il-mossa ta’ Macron bħala parti mill-istrateġija tiegħu li jsir il-mexxej il-ġdid tal-UE waqt li Merkel qed tħejji l-ħruġ tagħha mix-xena politika. Oħrajn qalu li kienet sforz minn Macron biex jinġabar mal-elettorat Franċiż li qed jitlef il-fiduċja fih.

Macron żvela l-proposti tiegħu f’ittra miftuħa liċ-ċittadini Ewropej f’ġurnali Ewropej li fiha wiegħed li se jipproteġi u jiddefendi liċ-ċittadini Ewropej fis-snin li ġejjin.

 VUĊI WAĦDA  FL-EWROPA

F’konferenza dwar il-futur ta’ Malta fl-Ewropa fil-Qawra Alfred Sant qal irridu niżguraw li Malta  jkollha vuċi waħda fil-Parlament Ewropew li ...
Read More

IRIDU JKEĊĊU LIL ORBAN MILL-PPE

Membri tal-Partit tal-Popolari Ewropew (PPE) għamlu talba uffiċċjali biex ikeċċu lill-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán u l-partit tiegħu Fidesz. Il-kwistjoni ...
Read More

MACRON IWIEGĦED ‘RINAXXIMENT’ EWROPEW

Il-President Franċiż Emanuel Macron qal li l-mexxejja Ewropej għandhom jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Ewropej wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dan għandu jsir, ...
Read More

JUNCKER  SKREDITAT FL-UNGERIJA

L-Ungerija ħabbret li fil-15 ta’ Marzu se twaqqaf kampanja pubbliċitarja kontra Jean-Claude Juncker u l-filantropu Amerikan George Soros li matulha ġew akkużati li ...
Read More

FORTIZZA TRUMP FIL-POLONJA

Il-Gvern Pollakk ħabbar li sa 2026 se jonfoq €43 biljun biex isaħħaħ id-difiża ta’ pajjiżu u jimmodernizza l-forzi armati. Se ...
Read More

SKONNETTJATI  MILL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ

Il-lemin estrem fl-Ewropa qed jagħmel tiegħu il-kunċett ta’ Ewropa tan-nazzjonijiet waqt li miljuni ta’ Ewropej iħossuhom maqtugħin mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Dan ...
Read More

FONDI GĦALL-BDIEWA   

Alfred Sant ħeġġeġ bdiewa Maltin u Għawdxin japplikaw għal fondi Ewropej mis-sena 2021 li jistgħu jiffaċilitaw il-bejgħ tal-prodotti agrikoli tagħhom ...
Read More

IL-BELARUS IĦARES LEJN IL-PUNENT

Il-Belarus trid relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Punent anki jekk dan xejn m’hu jinżel tajjeb mal-alleat tradizzjonali tagħha r-Russja. Belarus kellha nuqqas ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment