Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-Ewropa għandha tikkritika lir-Russja u lit-Turkija, iżda għandha tevita li tagħtihom daharha. F’diskors fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Macron tkellem dwar pajjiżi membri tal-Kunsill tal-Ewropa “li ma jirrispettawx id-drittijiet umani kif mistqarra fil-Konvenzjoni Ewropea” meta rrefera għat-Turkija u r-Russja, “iżda hemm pajjiżi oħrajn bħalhom,” qal Macron mingħajr ma elabora.

Macron qal li qed naraw “ir-ritorn ta’ demokraziji illiberali u reġimi awtoritarji” li qed jerġgħu jiġbdu n-nies lejhom tant li jistgħu jinfirxu mal-Ewropa jekk ma tinstabx tweġiba għalihom.

Il-President Franċiż qal li l-konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tipproteġi 830 miljun ċittadin fil-kontinent Ewropew. Dawk il-pajjiżi li jinjoraw din il-konvenzjoni jħallu l-abitanti tagħhom mingħajr drittijiet fundamentali. X’aktarx Macron kien qed jirreferi għar-Russja, iżda seta’ kien qed jirreferi wkoll għar-Renju Unit li ġieli rrifjuta li jsegwi deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Macron saħaq dwar djalogu mar-Russja u t-Turkija.

“Dawn il-pajjiżi għandhom jibqgħu fil-Kunsill tal-Ewropa akkost ta’ kollox. Għandna nikkritikawhom imma mhux nagħlqulhom il-bieb billi nħalluhom barra f’kollox.”

Fid-diskors tiegħu Macron qal li “djalogu magħhom xi kultant ma jkunx pjaċevoli iżda xorta għandu jsir biex tibqa’ miftuħa l-komunikazzjoni.” Għal Macron id-drittijiet tal-bniedem huma ‘universali’ u mhux tal-‘punent’ biss.

Fi Strasburgu Macron tkellem dwar Ewropa ta’ valuri u kompla żied il-fama tiegħu ta’ mexxej ewlieni tal-Ewropa – pożizzjoni li tidher għal qalbu ħafna.

IX-XOQQA F’MOXTHA

Fil-Parlament Ewropew nhar it-Tlieta rajna koalizzjoni ta’ forzi politiċi tikkritika lil Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna. Fuq quddiem nett ...
Read More

IL-LUSSEMBURGU KONTRA SANZJONIJIET FUQ TAX HAVENS

L-UE qed tfassal lista sewda ta’ pajjiżi madwar id-dinja li huma tax havens. Il-Ministru tal-Finanzi tal-Lussemburgu Pierre Gramegna qal li ...
Read More

MACRON: L-EWROPA GĦANDHA TIKKRITIKA LIR-RUSSJA U LIT-TURKIJA, IŻDA MHUX TAGĦTIHOM DAHARHA

Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-Ewropa għandha tikkritika lir-Russja u lit-Turkija, iżda għandha tevita li tagħtihom daharha. F’diskors fil-Qorti ...
Read More

€100 MILJUN  BIEX JINBIGĦ AKTAR GASS FL-UE

L-industrija tal-gass Ewropea nefqet €100 miljun fl-2016 biex tinfluwenza entitajiet governattivi tal-UE. Dan ġie żvelat minn Corporate Europe Observatory (CEO) ...
Read More

RISKJU GĦALL-KREDENZJALI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Jekk dil-mozzjoni konġunta tgħaddi kif miktuba, il-kredenzjali tal-Parlament Ewropew li jurina kif niddefendu l-valuri Ewropej b’mod trasparenti u b’mod onest ...
Read More

ARJA AKTAR NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea informat lill-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant u l-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula li laqgħet il-proposta tagħhom u se tinvesti €10 ...
Read More

IT-TOROQ EWROPEJ DOMINATI MINN VETTURI B’MAGNI DIESEL

Fi żmien meta l-magni diesel huma kritikati fl-UE minħabba raġunijiet ta’ saħħa u ta’ effett ħażin fuq il-klima,  il-parti l-kbira ...
Read More

DELEGAZZJONI TAL-ECON F’LISBONA

Delegazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew (ECON) żaret il-Belt Portugiża ta’ Lisbona u ddiskutiet it-tibdil li seħħ fil-Portugall wara ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment