Is-sena d-dieħla l-Kummissjoni Ewropea se tipprova ssib oqsma fit-taxxa fejn id-deċiżjonijiet dwarhom tkun tista’ toħodhom b’maġġoranza kwalifikata minflok b’vot unanimu mill-istati membri tal-UE. Dan il-pass mistenni jseħħ qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019. B’hekk il-Kummissjoni Ewropea tkun qed turi lil votanti li qed tieħu l-evażjoni tat-taxxa bis-serjeta`.
Fil-programm ta’ ħidma għall-2019 il-Kummissjoni Ewropea qalet li trid iddaħħal aktar liġijiet effiċjenti fil-qasam tat-tassazzjoni u tal-politika soċjali permezz ta’ votazzjonijiet b’maġġoranza kwalifikata biex il-liġijiet jimxu pari passu mal-iżviluppi fis-setturi. Din l-idea diġa` ssemmiet fid-diskors tal-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker f’Settembru.
“L-Ewropej li se jivvotaw f’Mejju 2019 ma jinteressahomx dwar il-proposti tal-Kummissjoni biex il-kumpaniji kbar tal-Internet iħallsu t-taxxi fejn jaqilgħu l-profitti – iridu jarawha sseħħ. U għandhom raġun.” qal Juncker waqt li sostna li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.
Kmieni din is-sena l-Kummissjoni ippontat lejn il-Belġju, Ċipru, Ungerija, Irlanda, Lussemburgu, Malta u l-Olanda għax qalet li qed jagħmlu ftehim mal-kumpaniji multinazzjonali biex jevadu t-taxxa. Moscovici qal li “dawn is-seba’ pajjiżi għandhom il-potenzjal li jimminaw livell ġust ta’ kompetizzjoni fis-suq intern li jżid il-piż fuq dawk li jħallsu t-taxxa fl-UE.”
L-MEP Malti Alfred Sant kemm-il darba tkellem kontra l-politika proposta ta’ armonizzazzjoni tat-taxxi u jgħid li dil-politika proposta hija ta’ dannu għal pajjiżi żgħar bħal Malta.

MAĠĠORANZA KWALIFIKATA DWAR IT-TASSAZZJONI
Read More

IĊ-ĊEKI JRIDU JKEĊĊU L-IMMIGRANTI ‘ILLEGALI’
Read More

PROPOSTI TA’ ALFRED SANT DWAR GŻEJJER TAL-UE APPROVATI MILL-PARLAMENT EWROPEW
Read More

IL-BELĠJU JIPPREFERI AJRUPLANI TAL-ĠLIED AMERIKANI
Read More

PROĊEDURI POLITIĊIZZATI FUQ KSUR TAL-VALURI FUNDAMENTALI
Read More

KONTROLL TAL-IBĦRA BRITTANIĊI
Read More

JINSISTI GĦAL INVESTIGAZZJONI DWAR IR-REGOLI TAL-BAGALJI TAR-RYANAIR
Read More

L-EBDA LOGĦOB TAL-AZZARD FL-ALBANIJA
Read More
Post a comment