Il-prezzijiet tal-elettriku għall-użu domestiku għola b’medja ta’ 2.9% bejn Ġunju tal-2013 u Ġunju tal-2014. Skont il-Eurostat, l-elettriku ġie jiswa medja ta’ €20.8 għal kull 100kWh. Mill-2008 ’l hawn l-elettriku għall-konsum domestiku fil-pajjiżi tal-UE għola b’aktar minn 30%. Fl-aħħar sitt xhur tal-2014 il-prezz varja bejn €9 għal kull 100kWh fil-Bulgarija għal aktar minn €30 fid-Danimarka.

Il-prezz tal-gass għola b’medja ta’ 2% fil-pajjiżi tal-UE għal perijodu 2013/2014. Mill-2008 ’l hawn il-prezz tal-gass għola b’35%. Fit-tieni parti tal-2014 il-prezz varja bejn €3 għal kull 100kWh fir-Rumanija u €11 fl-Iżvezja.

Fuq perijodu ta’ sena, l-aktar pajjiżi li fihom għola d-dawl kienu Franza (10.2%), il-Lussemburgu (5.6%), l-Irlanda (5.4%), il-Greċja (5.2%), il-Portugall (4.7%) u r-Renju Unit (4.6%).

L-iktar pajjiżi li rreġistraw tnaqqis fil-prezz tad-dawl kienu Malta (26.2%), ir-Repubblika Ċeka (10.2%), l-Ungerija (9.9%) l-Olanda (9.6%), l-Islovakkja (9.2%) u l-Belġju (7.8).

Fil-pajjiżi tal-UE, it-taxxi u d-dazji varjaw ħafna fuq il-prezz tal-elettriku – l-għola taxxi kienu fid-Danimarka (57% tal-prezz) u fil-Ġermanja (52% tal-prezz). L-inqas taxxi kienu f’Malta u fir-Renju Unit (5% biss tal-prezz). Bħala medja, t-taxxi rrappreżentaw 32% tal-prezz tal-elettriku għall-użu domestiku u 23% tal-prezz tal-gass għall-użu domestiku.

Facebook Comments

Post a comment