“Malta għandha bżonn lil Alfred Sant.  Alfred għandu l-esperjenza,  dik it-tip ta’ viżjoni li fil-Parlament Ewropew u f’kull post iġib miegħu kull bniedem ta’ esperjenza b’viżjoni tant kbira. Ħassejt li kelli noħroġ rasi u nitolbu pubblikament biex jagħmel dan il-pass. Kieku kellu jirtira nemmen li kien jitlef ħafna l-partit u jitlef ħafna l-pajjiż. Nemmen li x-xogħol tiegħu fil-Parlament Ewropew se jibqa’ jkun imprezzabbli f’isem pajjiżna. Alfred ma għandu bżonn lil ħadd biex jitkellem dwar il-kwalitajiet tiegħu. Ngħid biss li ftit tax-xhur ilu tani battikata kbira biex nikkonvinċih biex joħroġ. Nirringrazzja lil dawk kollha li għenuni biex nagħmel dan.”

Hekk qal il-Prim Ministru Joseph Muscat lil Alfred Sant waqt it-tnedija uffiċċjali tal-kampanja tiegħu FIDUĊJA F’MALTA – GĦAL EWROPA SOĊJALI.

“Nirringrazzja lil Alfred tal-ħidma siekta u bla waqfien fil-Parlament Ewropew. Jien naf l-interventi li jagħmel Alfred biex jiddefendi lil Malta, biex iddefenda lili personalment, biex iddefenda lil Partit Laburista , u lil Malta fuq kollox.”

Il-Prim Ministru qal li l-ħidma fis-skiet ta’ Alfred hija importanti meta s-Soċjalisti u Demokratiċi fl-Ewropa mhux jattiraw l-appoġġ tan-nies, minkejja li għandna problemi li ħoloq ħaddieħor.

“Alfred jipprova jġib f’sensihom dawk l-elementi biex is-Soċjalisti Ewropej ma jinqatgħux minn man-nies, anzi jgħidilhom biex jitkellmu fuq dak li jħossu n-nies sabiex nagħmlu d-differenza. Jien minn hawnhekk nawguralu minn qalbi.”

“Nawguralek ħafna snin oħra ta’ ħidma – Malta għandha bżonnok.” qal Joseph Muscat.

_0005_europe-map

JAGĦLAQ IL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew din il-ġimgħa laqqa’ l-aħħar sezzjoni plenarja fi Strasburgu għal din il-leġiżlatura. Il-Parlament Ewropew jerġa’ jiftaħ b’deputati ġodda wara ...
Read More
_0003_malta-aerial

“MALTA GĦANDHA BŻONNOK”

“Malta għandha bżonn lil Alfred Sant. Alfred għandu l-esperjenza, dik it-tip ta’ viżjoni li fil-Parlament Ewropew u f’kull post iġib ...
Read More
alfredsant-josephmuscat

 “JIEN MALTI QABEL MA JIEN EWROPEW”

“Jiena Malti qabel ma jien Ewropew. Irridu nżommu qawwija l-fiduċja f’Malta – Malta tagħna, Malta li tiġi l-ewwel u qabel ...
Read More
conference-gozo

‘LEST NIBQA’ L-VUĊI TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA’

L-ex Prim Ministru Laburista Alfred Sant qal li jekk jikseb il-fiduċja tal-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej jibqa’ il-vuċi ta’ Għawdex fl-Ewropa u ...
Read More
finland-sdp

IS-SOĊJALISTI DEMOKRATIĊI JEGĦLBU LIL LEMIN ESTREM FIL-FINLANDJA

Fl-elezzjoni ġenerali tal-Finlandja s-Soċjalisti u Demokratiċi għelbu bi żbrixx lill-Partit tal-Lemin estrem fil-Finlandja meta fl-elezzjoni ġenerali ġabu l-aktar voti b’17.7% ...
Read More
boeing777

TARIFFI ĠODDA FUQ PRODOTTI AMERIKANI

L-UE qed tikkonsidra tagħmel tariffi ġodda fuq prodotti Amerikani biex tpatti għas-sussidji li qed tirċievi l-kumpanija tal-ajruplani Amerikana Boeing mill-Istati ...
Read More
divers

ID-DIVING RIŻORS GĦAL GĦAWDEX DAQS IT-TEMPJI

Is-settur tad-diving għal Għawdex huwa riżors importanti daqs iċ-Ċittadella u t-Tempji Megalitiċi, qal l-ex Prim Ministru Alfred Sant meta żar ...
Read More
fighting-libya

BIEX IL-LIBJA MA SSIRX BEJTA TAT-TERRORIŻMU

L-Ewropa trid tiżgura li l-Libja ma ssirx bejta tat-terroriżmu. Dan qalu Alfred Sant f’intervent dwar is-sitwazzjoni fil-Libja fil-Parlament Ewropew. L-Ewropej ...
Read More

 

 

 

Facebook Comments

Post a comment