L-Italja u l-Ungerija ħabbru li se jħejju Manifest kontra l-Immigrazzjoni li mistennija tintuża bħala pjattaforma fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju tas-sena d-dieħla.

F’Milan iż-żewġ politiċi tal-lemin Matteo Salvini tal-Italja u Victor Orban tal-Ungerija qalu li jaqblu dwar l-ideat tagħhom kontra l-immigrazzjoni, minkejja li ma jaqblux dwar ir-regoli ta’ Dublin dwar l-ażil.

Orban iddeskriva lil Salvini bħala ‘eroj’ u lill-President Franċiż Emmanuel Macron bħala ‘għadu’.

Salvini u Orban mhumiex ġejjin mill-istess familja politika. Salvini huwa favur il-Front Nazzjonali Franċiż u l-Partit ta’ Geert Wilders waqt li Orban huwa msieħeb fil-Partit Popolari Ewropew. Orban qal li jrid jibdel il-PPE minn ġewwa u jipprova jikkonvinċih jimxi mal-ideat tiegħu.

Salvini u Orban qalu li l-għan tagħhom huwa li jgħinu fejn hemm il-problemi bl-immigrazzjoni, iżda mhux li jġibu l-problemi lejn pajjiżhom. “L-Ungerija wriet li tista’ twaqqaf l-immigranti milli jidħlu minn fuq l-art.

“Issa sta għal Salvini li jwaqqaf l-immigranti milli jidħlu bil-baħar. Nittama li l-laqgħa tagħna tibdel id-destin tal-Italja, l-Ungerija u l-kontinent Ewropew.” qal Orban.

“Salvini u Orban jagħmlu sew jiddeskrivuni bħala ‘l-għadu’ jekk dan ifisser li jien kontra n-Nazzjonaliżmu, diskors ta’ mibgħeda u insularita`.” wieġeb il-President Franċiż Macron.

Fl-20 ta’ Settembru jsir summit ‘informali’ tal-UE f’Salzburg. Fit-12 ta’ Settembru Jean-Claude Juncker jagħmel id-diskors annwali fi Strasbourg u jkunu ppreżentati inizjattivi ġodda għall-ħarsien tal-kosti Ewropej.

MANIFEST KONTRA L-IMMIGRAZZJONI

L-Italja u l-Ungerija ħabbru li se jħejju Manifest kontra l-Immigrazzjoni li mistennija tintuża bħala pjattaforma fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju tas-sena ...
Read More

KRIŻI ISTITUZZJONALI DWAR L-IMMIGRAZZJONI

L-UE għandha kriżi istituzzjonali għax la għandha politika komuni u lanqas risposta komuni dwar l-immigrazzjoni. Ma hemmx qbil mill-istati membri ...
Read More

IL-ĠERMANJA TRID ID-DESTIN TAGĦHA F’IDEJHA

Il-Ġermanja trid id-destin tagħha f’idejha. Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li tappoġġja l-idea tal-Kunsill tas-sigurta` Ewropew u l-proġett ta’ truppi ...
Read More

ŻWIĠIJIET FOLOZ BIEX JGĦIXU FL-UE

Grupp ta’ kriminali li joperaw fil-Ġermanja se jkunu akkużati li ġabu illegalment numru ta’ nisa u rġiel mill-Indja u n-Nepal ...
Read More

L-UNGERIJA MA TITMAX LILL-IMMIGRANTI

L-Ungerija mhux qed titma lil dawk l-immigranti li l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil ma ġietx aċċettata. L-awtoritajiet Ungeriżi bdew jimxu ma’ din ...
Read More

L-IRAN GĦADU JISTENNA RISPOSTA MINGĦAND L-UE

L-Iran għadu jistenna x’se tagħmel l-UE dwar ix-xiri taż-żejt wara s-sanzjonijiet li ħabbret l-Istati Uniti, qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan ...
Read More

MIBGĦUTA LURA L-MAROKK

Spanja bagħtet lura 116 immigrant lejn il-Marokk wara li daħlu bil-forza u b’mod illegali fuq it-territorju Spanjol ta’ Ceuta. L-immigranti ...
Read More

L-UE EQREB LEJN L-AWSTRALJA U NEW ZEALAND

L-UE u l-Awstralja qablu li jsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet bħat-terroriżmu u s-sigurta`, l-ambjent u l-enerġija, id-drittijiet umani, l-immigrazzjoni, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment