Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tfittex mandat speċifiku biex tinnegozja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.  May ħasdet lil kulħadd dil-ġimgħa meta ħabbret elezzjoni bikrija għat-8 ta’ Ġunju. Lanqas l-UE ma kienet qed tistenna din id-deċiżjoni, inkluż il-President Donald Tusk. Tusk , li tkellem mal-Prim Ministru May bit-telefon ftit wara li faqqgħet  l-aħbar, qal li l-elezzjonijiet fir-Renju Unit mhu se jibdlu xejn mill-pjanijiet tas-27 stat membru li se jiltaqgħu għas-Summit ‘Speċjali’ tal-BREXIT fid-29 ta’ April.

May qalet li minkejja l-BREXIT, fir-Renju Unit żdiedet il-fiduċja ekonomika u kien hemm żjieda fl-għadd ta’ nies jaħdmu. ‘Ma nistgħux inħarsu lura’ qalet May, ‘Irridu Partnership speċjali mal-UE biex nerġgħu niksbu l-kontroll fuq flusna, fuq il-fruntieri tagħna u nagħmlu ftehimiet ma’ ħbieb antiki u ma’ ħbieb ġodda’.

Rebħa għal May tkun tfisser aktar saħħa parlamentari u appoġġ popolari waqt in-negozjati mal-UE. May saħqet li tirrispetta r-rieda tal-poplu Brittanniku fir-Referendum ta’ Ġunju li għadda, minkejja li hi kienet favur li r-Renju Unit jibqa’ fl-UE.

May ħasdet saħansitra lill-kollegi tagħha u l-kummentaturi politiċi li ma kinux qed jistennew din il-mossa. Is-seba’ ġimgħat li ġejjin se jkunu intensivi għal May. Il-kampanja u r-riżultat elettorali se jkun determinanti għall-futur tar-Renju Unit, għall-partiti tal-Oppożizzjoni, speċjalment għall-Partit Laburista Ingliż. Ir-riżultat mistenni wkoll ikollu riperkussjonijiet fuq il-futur tal-Iskozja.

 

MAY TFITTEX MANDAT B’SAĦĦTU

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tfittex mandat speċifiku biex tinnegozja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.  May ħasdet lil kulħadd dil-ġimgħa ...
Read More

KAPITLU ĠDID FIT-TURKIJA

It-Turkija kitbet kapitlu ġdid fl-istorja tagħha bir-Referendum li approva bidliet kostituzzjonali li jagħtu poteri ġodda lill-President, Recep Tayipp Erdoğan, seklu ...
Read More

IT-TELLIEQA FRANĊIŻA

Lejlet l-elezzjoni fi Franza l-investituri mħassba dwar il-possibilita` li l-President tal-Front Nazzjonali Franċiż Marine Le Pen iġġib l-aktar voti. Le ...
Read More

IŻ-ŻGĦAR JAPPOĠĠJAW LIL MERKEL

Stħarriġ fost l-opinjoni pubblika juri li dawk li se jivvotaw l-ewwel darba fil-Ġermanja huma favur il-Kanċilliera Angela Merkel. Merkel għadha ...
Read More

TAS-SUD IRIDU AKTAR KOEŻJONI SOĊJALI U EKONOMIKA

Il-mexxejja tas-seba’ pajjiżi tas-Sud tal-Ewropa – Malta, Ċipru, Spanja, Franza, Greċja, Italja u Portugall – qablu li l-Unjoni għandha tirrispetta ...
Read More

IL-KRIMINALITA` ONLINE PRIJORITA` GĦALL-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-kriminalita` organizzata qed tuża dejjem aktar l-internet u l-attakki li jsiru online qed jiżdiedu fil-kwantita` u qed jitjiebu fil-kwalita`. Il-Kummissjoni ...
Read More

MANIFATTURA U SERVIZZI B’SAĦĦITHOM FIR-RENJU UNIT

Is-settur tal-manifattura tar-Renju Unit fil-bidu ta’ din is-sena rrapporta rata għolja fl-esportazzjoni, ferm ogħla mir-rata ta’ dawn l-aħħar sentejn. Is-settur ...
Read More

M’HEMMX UNJONI EWROPEA MINGĦAJR DIMENSJONI SOĊJALI

Il-Grupp tal-S&D qed jaħdem biex tkun implimentata leġislazzjoni li tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, paga li l-Ewropej jistgħu jgħixu biha u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment