Membri Parlamentari Ewropej minn Sqallija, Sardinja, gżejjer Griegi, Ċipru u Malta qablu li l-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha soluzzjonijiet ġodda għall-politika tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna tal-istat fl-oqsma tat-trasport, agrikoltura u manifattura biex tagħmel tajjeb għall-iżvantaġġi tal-insularita` tal-ekonomija tal-gżejjer żgħar tal-UE. Dawn saħqu li l-gżejjer żgħar bl-ebda mod ma jheddu l-integrita` tas-suq komuni.

Alfred Sant kien wieħed mill-kelliema ewlenin li indirizza Konferenza dwar l-Istati Gżejjer tal-EU fil-Parlament Ewropew. Lil hinn mid-diskussjoni dwar il-fondi ta’ koeżjoni,  Dr Sant qal li rridu niddiskutu wkoll kif ir-regoli tal-għajnuna tal-istat u l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE u strutturi oħra, jibdew jirriflettu s-sitwazzjoni tal-ekonomiji tal-gżejjer stati u  gżejjer tal-UE. Dan għaliex, dawn ir-regoli jħallu l-implikazzjonijiet fuqna u fuq il-gżejjer tagħna.

Dr Sant tkellem dwar iċ-ċirkostanzi partikolari tal-ekonomija Maltija li tiddependi ħafna fuq is-servizzi finanzjarji, is-settur tal-gaming u t-turiżmu u l-perikli reali li jeżistu jekk l-UE tibda tbiddel ir-regoli tagħha tat-tassazzjoni. Huwa qal li l-politika tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna tal-istat, qed ixxekkel lil ċertu gżejjer, fosthom Malta, biex jimxu ’l quddiem.

Il-problemi ta’ Għawdex ma nistgħux nindirizzawhom billi jkollna iktar jew inqas fondi strutturali u ta’ koeżjoni, qal Dr Sant, imma billi niżguraw li Għawdex  ikun kompetittiv biex jimxi ’l quddiem.

Dr Sant qal li l-Kummissjoni Ewropea qed turi reżistenza għal dawn l-argumenti. “Ma jixtiqux jiddiskutu dan il-kunċett għax jgħidu li l-fondi strutturali u ta’ koeżjoni huma biżżejjed biex jikkumpensaw għal dawn id-differenzi. Bħal pereżempju fuq il-politika ta’ tassazzjoni…għaliex ma jistax ikollna politika ta’ tassazzjoni li tkun differenti għar-reġjuni li huma gżejjer u għal dawk li huma stati?” staqsa l-Ewroparlamentari Malti.

Membri Parlamentari oħra mill-gżejjer tal-Kroazja, Sardinja, Sqallija, l-gżejjer Griegi u l-Irlanda wkoll saħqu fuq il-problemi ta’ insularita` li jaffettwaw l-ekonomija u s-soċjeta` fil-gżejjer tagħhom.

Segwi l-intervent ta’ Dr Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=5YQerU7zmd0

ATTAKK FUQ L-EWROPA

L-attakki terroristiċi fi Brussell ħasdu lil kulħadd, minkejja li kif stqarr il-Prim Ministru Belġjan il-forzi tas-sigurta` Belġjani kienu qed jistennewhom ...
Read More

IL-FTEHIM BEJN IT-TURKIJA U L-UE: KEMM SE JKUN EFFETTIV?

L-UE se tibda tibgħat lura lit-Turkija l-immigranti li jaslu fuq ix-xtut tagħha. Għal kull immigrant li jintbagħat lura, se tieħu ...
Read More

JAGĦTU DAQQA T’ID LIL GREĊJA

13-il stat membru tal-UE flimkien man-Norveġja qed joffru l-għajnuna u l-assistenza tagħhom lil Greċja, li bħalissa hija mifnija bil-problemi tal-immigranti ...
Read More

MA JIRRISPETTAWX L-OBBLIGI BAĠITARJI TAGĦHOM

Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet it-tħassib tagħha għaliex Spanja, il-Belġju, il-Kroazja, il-Finlandja, l-Italja u r-Rumanija mhumiex jirrispettaw l-obbligi baġitarji tagħhom. Il-Kummissjoni wissiet ...
Read More

AKTAR FLESSIBILITA` DWAR IR-RATI TAL-VAT

Il-Kunsill tal-Ewropa jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li tiżdied il-flessibilita` nazzjonali dwar rati mnaqqsa tal-VAT. Il-Kummissjoni qed tħejji pjan ta’ azzjoni dwar ...
Read More

L-UNJONI BANKARJA GĦANDHA TINDIRIZZA IR-REALTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Il-miżuri l-ġodda tal-Unjoni Bankarja għandhom jindirizzaw ir-realtajiet tal-istati membri u m’għandhomx ikunu kollha tal-istess tip għal kulħadd; dawn il-miżuri m’għandhomx ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI FL-EWROPA

Ir-rata ta’ nies fid-dinja tax-xogħol qed tiżdied, anki jekk b’mod kajman fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ nies jaħdmu żdiedet b’medja ta’ ...
Read More

MEĦTIEĠA SOLUZZJONIJIET ĠODDA GĦALL-GŻEJJER ŻGĦAR TAL-UE

Membri Parlamentari Ewropej minn Sqallija, Sardinja, gżejjer Griegi, Ċipru u Malta qablu li l-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha soluzzjonijiet ġodda għall-politika ...
Read More

GĦAWDEX JIXRAQLU TRATTAMENT SPEĊJALI

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi li gżejjer żgħar bħal Għawdex ma jaffettwawx is-suq ħieles u li r-regoli tal-għajnuna tal-istat u r-regoli ...
Read More

€200 MILJUN GĦALL-ERITREA

L-Eritrea mistennija tirċievi €200 miljun sas-sena 2020. Il-Parlament Ewropew qed jisħaq mal-Kummissjoni biex tassigura ruħha li l-ebda ċenteżmu minn dawn ...
Read More

X’INHU INTERGROUP?

Fil-Parlament Ewropew hemm 28 Intergroups. Dawn ġew approvati fil-11 ta’ Diċembru 2014 mill-Konferenza tal-Presidenti. L-Intergroups jistgħu jkunu ffurmati mill-Membri Parlamentari ...
Read More

TRADIZZJONIJIET  TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Fl-Ewropa x-xeni li jwassluna għall-ikbar festa tal-Knisja huma simili b’karatteristiċi differenti. F’Sevilja fi Spanja jsiru l-purċissjonijiet bir-Redentur b’xemgħat twal erba’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment