Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tilħaq kompromess mal-Istati Uniti biex tiżgura li l-UE tibqa’ eżentata mid-dazji fuq l-azzar u l-aluminju, il-Ġermanja u Franza qed jagħmlu l-almu tagħhom biex iberrdu t-tensjoni ma’ Washington.  Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel u l-President Franċiż Emmanuel Macron tkellmu bit-telefon mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump biex tinstab soluzzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-politika kummerċjali.

“Trump u Merkel saħqu dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Ġermanja biex jingħaqdu flimkien kontra prattiċi ekonomiċi inġusti miċ-Ċina; dwar l-akkwist illegali ta’ propjeta` intellettwali u biex it-tariffi ikunu aktar ġust,” qalet il-White House.

Meta fit-23 ta’ Marzu l-Istati Uniti ħabbret it-taxxi fuq l-importazzjoni tal-azzar u l-aluminju, li għalihom l-UE hija eżentata sal-1 ta’ Mejju, il-Ministru tal-Ekonomija Ġermaniż Peter Altmaier mar Washington għal diskussjonijiet. Warajh marret il-Kummissarju tal-Kummerċ tal-UE Cecilia Malmström.

Ftit ġranet wara Trump tkellem ukoll ma’ Macron dwar il-kummerċ bejn l-Istati Uniti u l-UE, u dwar “il-passi li jmiss biex ikun indirizzat il-kummerċ inġust taċ-Ċina”.

“L-esportazzjoni tal-UE tal-aluminju u l-azzar mhumiex ta’ theddida għas-sigurta` nazzjonali tal-Istati Uniti u allura ma għandhomx jintlaqtu minn dazji. Jeħtieġ jissaħħu r-regoli internazzjonali li jiżguraw kompetizzjoni ġusta fil-kummerċ dinji”. qal Macron.

Malmström u s-Segretarju tal-Kummerċ Amerikan Wilbur Ross fetħu djalogu dwar “kwistjonijiet ta’ interess komuni” li jinkludu l-ġlieda kontra l-produzzjoni żejda ta’ azzar u aluminju.

Iż-żewġ naħat qablu li se jibqgħu fi djalogu fil-ġimgħat li ġejjin.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA INVESTIMENTI ĠODDA BARRANIN

Fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew għaddiet proposta biex l-investimenti diretti ġodda barranin f'pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, jiġu eżaminati biex ...
Read More

TENSJONI FL-UNGERIJA

Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban mistenni jerbaħ l-elezzjonijiet tal-Ħadd li ġej għar-raba’  leġiżlazzjoni tiegħu, iżda ġarrab kampanja mimlija tensjoni li ...
Read More

MERKEL U MACRON F’KUNTATT MA’ TRUMP DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI

Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tilħaq kompromess mal-Istati Uniti biex tiżgura li l-UE tibqa’ eżentata mid-dazji fuq l-azzar u ...
Read More

BATTIBEKKI DWAR IL-BAŻI NAVALI TAL-UE

L-Italja tinsab f’battibekk ma’ Spanja u Franza dwar l-istazzjonar tal-bażi navali tal-UE wara l-Brexit. Il-bażi navali bħalissa tinsab f’Northwood fir-Renju ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA LURA FL-AZZJONI

Franza u l-Ġermanja jinsabu lura fl-azzjoni wara l-formazzjoni tal-Gvern Ġermaniż. Bejn issa u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Ġunju Franza u l-Ġermanja ...
Read More

MOSCOVICI FAVUR MIŻURI KOLLETTIVI FIL-QASAM TAT-TAXXA

Il-Kummissarju tat-Tassazzjoni Pierre Moscovici qal li l-UE għandha teżerċita s-sovranita` fuq it-tassazzjoni b’mod kollettiv. Moscovici qal li l-kumpaniji multinazzjonali qed ...
Read More

XEJN ĠDID BEJN IT-TURKIJA U L-UE

Is-Summit li sar f’Varna l-Bulgarija bejn l-UE u t-Turkija ma ħalla l-ebda progress fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat. “Jekk qed tistaqsu ...
Read More

L-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA L-AKBAR IMSIEĦBA KUMMERĊJALI TAL-UE

Fl-2017 l-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu l-akbar żewġ imsieħba kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. L-UE kellha surplus ta’ €120 biljun mal-Istati Uniti ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment