L-Unjoni Ewropea għamiltha ċara li ma hemmx aktar pjanijiet ħlief dak li jitwaqqaf gvern nazzjonali magħqud fil-Libja. L-UE u l-komunita` internazzjonali qed jagħmlu ħafna pressjoni, permezz tal-Ġnus Magħquda, biex l-Libjani jaslu għall-għaqda kif wiegħdu huma stess. Fil-bidu ta’ Frar issoktaw id-diskussjonijiet fil-Marokk f’tentattiv biex jitwaqqaf gvern nazzjonali magħqud wara li l-ewwel kabinett kien irrifjutat mill-Parlament ta’ Tobruk fil-25 ta’ Jannar.

“Għandi regola sempliċi. Ma nitkellimx dwar Pjan B jekk naħseb li Pjan A se jirnexxi” qalet Federica Mogherini, ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barrannin tal-UE f’Amsterdam. Mogherini  insistiet li l-formazzjoni ta’ gvern ġdid Libjan hija l-aħjar soluzzjoni fil-ġlieda kontra l-organizzazzjoni terrorista Daesh li dejjem qiegħda tikber fil-pajjiż.

Skont il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż Laurent Fabius, hemm bejn 3,000 u 5,000 terrorist tad-Daesh fil-Libja. Għalhekk jeħtieġ li jkun iffurmat gvern, il-parlament jeħtieġ li japprovah u l-komunita` internazzjonali tagħtih l-appoġġ. B’hekk jikseb Tripli mill-ġdid u jieħu l-kontroll tat-territorju Libjan biex jiġġieled kontra t-terroristi.

Meta l-Parlament Ewropew iddiskuta l-Libja, Dr. Alfred Sant saħaq li jeħtieġ aktar żmien biex il-partijiet kollha jilħqu ftehim bejniethom biex jitwaqqaf Gvern Libjan nazzjonali li jġib l-għaqda u joffri soluzzjonijiet fit-tul. Dan huwa riskju li jrid jittieħed. Kemm jekk l-intenzjonijiet huma ħżiena u kemm jekk tajbin, il-poplu Libjan għandu jitħalla jiddeċiedi l-futur tiegħu.

Dr. Sant wera li ma jaqbel xejn mal-ħsieb li l-Unjoni Ewropea timponi xi sanzjonijiet fuq individwu jew istituzzjonijiet Libjani. ‘Tkun deċiżjoni ħażina jekk fil-preżent ikunu imposti sanzjonijiet kontra dawk li mhux qed iwasslu għall-għaqda. Aktar u aktar jekk dawn isiru indipendentement mis-sistema tal-Ġnus Magħquda. Aġir bħal dan iservi biex iqajjem xrara ta’ suspett fost il-poplu Libjan dwar l-intenzjonijiet Ewropej.

F’laqgħat riċenti tal-S&D , Dr. Sant qal li f’dan il-mument delikat fil-Libja, riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-Libja setgħet tkun kontro-produttiva għax dan huwa żmien meta s-silenzju jista’ jiswa d-deheb. “Diskors ewroċentriku u mossi li jistgħu jidhru li qed jagħmlu gvern Libjan ta’ għaqda nazzjonali bħala pupazz tal-gvernijiet barranin jista’ jħalli konsegwenzi perikolużi.”

Segwi d-diskors ta’ Dr. Sant fuq din il-link :

https://www.youtube.com/watch?v=CShcZsuCL04

Malta u l-Unjoni Ewropea NL33

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

KULĦADD JAQBILLU, ĦLIEF MALTA

Il-ftehim ta’ kummerċ bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) se jħalli effett pożittiv fil-pajjiżi kollha tal-UE ħlief f’Malta. Din l-istqarrija ...
Read More

M’HEMMX PJAN B GĦAL-LIBJA

L-Unjoni Ewropea għamiltha ċara li ma hemmx aktar pjanijiet ħlief dak li jitwaqqaf gvern nazzjonali magħqud fil-Libja. L-UE u l-komunita` ...
Read More

L-OGĦLA THEDDIDA F’GĦAXAR SNIN

L-Unjoni Ewropea tinsab fl-ogħla livell ta’ theddid terroristiku li qatt kellha f’għaxar snin. Din it-twissija għamlitha l-Europol waqt l-inawgurazzjoni taċ-Ċentru ...
Read More

KEMM TISWA T-TNEĦĦIJA TAX-XENGEN?

Jekk iż-żona Xengen tispiċċa u l-pajjiżi li qegħdin fiha jerġgħu jdaħħlu l-kontrolli, flimkien jibdew jonfqu aktar minn €100 biljun. Studju ...
Read More

JONQSU S-SIRJANI, JIŻDIEDU L-IRAQQINI

Mill-bidu tal-2016 ’l hawn diġa` waslu 55, 000 immigrant, medja ta’ 2, 000 persuna kuljum. F’dan il-perijodu mietu 244 persuna ...
Read More

IL-POLITIKA TAL-UE DWAR L-AGRIKOLTURA MALTIJA GĦANDHA TKUN IKKONTESTATA FUQ IL-LIVELLI KOLLHA

Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex għandha tkun kontestata fil-livelli kollha għaliex ħafna drabi l-persistenza twasslek biex tirbaħ ...
Read More

GĦANDHOM IŻOMMU L-FLESSIBILITA` LI FADLILHOM

L-iżgħar pajjiżi fl-UE u dawk li qegħdin fil-periferija tagħha, ma għandhomx ikunu miċħuda mill-ftit flessibilita` li fadlilhom fil-politika tat-tassazzjoni. Dr ...
Read More

UĠIGĦ TA’ RAS GĦAL BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi wissa dwar il-konsegwenzi jekk l-inflazzjoni ma tiġix f’tagħha. ‘Ir-riskji li naġixxu tard wisq jiżbqu ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ TRATTAMENT SPEĊJALI

Riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew dwar l-insularita` ta’ reġjuni gżejjer fl-Unjoni Ewropea ġiet emendata mill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant biex tindirizza aħjar ...
Read More

TA’ MIN JOGĦLA U TA’ MIN JONQOS

Id-dejn pubbliku bħala perċentwal tal-PGD tal-Greċja, Ċipru, Belġju, Spanja, Franza, Kroazja, Italja u l-Portugall huwa f’livelli riskjużi. Fi tmiem l-2015 ...
Read More

X’INHUMA L-KUMITATI TAL-PARLAMENT EWROPEW?

Fil-Parlament Ewropew hemm aktar minn 20 kumitat. Fost il-kumitati nsibu dak ta’: L-affarijiet barranin, tad-drittijiet umani, tad-difiża u s-sigurta`, tal-kummerċ ...
Read More

X’ILSNA JITGĦALLMU FL-EWROPA?

L-Ingliż huwa l-aktar lingwa popolari fl-iskejjel Ewropej. Fl-Unjoni Ewropea, 98% tal-istudenti tas-sekondarja jistudjaw tal-inqas lingwa barranija waħda filwaqt li 60% ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment