Il-Grupp tal-S&D qed jaħdem biex tkun implimentata leġislazzjoni li tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, paga li l-Ewropej jistgħu jgħixu biha u għajnuna għat-tfal li qegħdin fir-riskju tal-faqar u li jammontaw għal 21%. Tal-inqas 20 miljun tifel u tifla kuljum ibatu minħabba nuqqas ta’ flus jew nuqqas ta’ servizzi bażiċi. Ħafna minnhom ma jiklux tal-inqas ikla waħda sustanzjuża kuljum.

Il-President tas-Soċjalisti u Demokratiċi Gianni Pittella qal li ħafna miċ-ċittadini Ewropej ma jemmnux li l-Unjoni Ewropea qed taħdem għalihom. Ħafna drabi jassoċjaw l-Unjoni mal-awsterita` u mhux jaraw il-benefiċċji li qed iġġib fil-ħajja tagħhom. “Jekk l-Unjoni trid tibqa’ teżisti dan irid jinbidel,” qal Pittella u żied jgħid li, “Irridu niżguraw li l-Ewropej jerġgħu jibdew jidentifikaw ruħhom mal-UE permezz ta’ titjib fid-drittijiet soċjali u titjib fil-kwalita` ta’ ħajjithom.”

Il-Grupp tal-S&D saħaq li l-Kummissjoni trid taġixxi f’erba’ oqsma – kwalita` tal-impjiegi, protezzjoni soċjali, opportunitajiet indaqs u ġustizzja fil-qasam tal-mobbilta` tal-ħaddiema. Il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi jemmen li dawn l-erba’ oqsma għandhom ikunu fil-qalba tal-ħidma tal-Kummissjoni għal dawn is-sentejn li ġejjin.

MAY TFITTEX MANDAT B’SAĦĦTU

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tfittex mandat speċifiku biex tinnegozja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.  May ħasdet lil kulħadd dil-ġimgħa ...
Read More

KAPITLU ĠDID FIT-TURKIJA

It-Turkija kitbet kapitlu ġdid fl-istorja tagħha bir-Referendum li approva bidliet kostituzzjonali li jagħtu poteri ġodda lill-President, Recep Tayipp Erdoğan, seklu ...
Read More

IT-TELLIEQA FRANĊIŻA

Lejlet l-elezzjoni fi Franza l-investituri mħassba dwar il-possibilita` li l-President tal-Front Nazzjonali Franċiż Marine Le Pen iġġib l-aktar voti. Le ...
Read More

IŻ-ŻGĦAR JAPPOĠĠJAW LIL MERKEL

Stħarriġ fost l-opinjoni pubblika juri li dawk li se jivvotaw l-ewwel darba fil-Ġermanja huma favur il-Kanċilliera Angela Merkel. Merkel għadha ...
Read More

TAS-SUD IRIDU AKTAR KOEŻJONI SOĊJALI U EKONOMIKA

Il-mexxejja tas-seba’ pajjiżi tas-Sud tal-Ewropa – Malta, Ċipru, Spanja, Franza, Greċja, Italja u Portugall – qablu li l-Unjoni għandha tirrispetta ...
Read More

IL-KRIMINALITA` ONLINE PRIJORITA` GĦALL-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-kriminalita` organizzata qed tuża dejjem aktar l-internet u l-attakki li jsiru online qed jiżdiedu fil-kwantita` u qed jitjiebu fil-kwalita`. Il-Kummissjoni ...
Read More

MANIFATTURA U SERVIZZI B’SAĦĦITHOM FIR-RENJU UNIT

Is-settur tal-manifattura tar-Renju Unit fil-bidu ta’ din is-sena rrapporta rata għolja fl-esportazzjoni, ferm ogħla mir-rata ta’ dawn l-aħħar sentejn. Is-settur ...
Read More

M’HEMMX UNJONI EWROPEA MINGĦAJR DIMENSJONI SOĊJALI

Il-Grupp tal-S&D qed jaħdem biex tkun implimentata leġislazzjoni li tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, paga li l-Ewropej jistgħu jgħixu biha u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment