Mhux aċċettabbli li Frontex ġdid ikollu l-poter jidħol fil-kompetenzi nazzjonali. Ħafna stati li qegħdin imissu mal-Fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea huma żgħar u għandhom riżorsi limitati. Dak li qed ikun propost, sakemm ma jinbidilx ħafna, jfisser li s-sovranita` ta’ dawn l-istati qed tinxtorob, la m’hemmx miżuri trasparenti oħra li jiżguraw li l-piżijiet tal-immigrazzjoni qed ikunu kkontrollati u maqsuma bejn il-pajjiżi kollha tal-UE b’mod xieraq.

Dr. Alfred Sant, li kien qed jitkellem fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, qal li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn politika effettiva dwar l-immigrazzjoni u l-ażil li tappoġġja s-sistema Schengen. ‘Huwa ċar li għad ma għandniex politika bħal din. Il-proposta ta’ Frontex b’saħħtu hija proposta maħluqa fi żmien ta’ kriżi. Il-mira tagħha huwa li tikkontrolla l-influssi tal-immigranti u r-refuġjati li f’dawn l-aħħar xhur saru inkontrollabbli.’

Dr Sant qal li hija ovvja li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn kontrolli aktar effettivi fuq il-fruntieri esterni tagħha. Imma l-ewwel ħaġa jeħtieġ li jkollna aktar għaqda fit-tfassil tal-politika tal-immigrazzjoni. Mhux biżżejjed li din il-politika tkun imżejna bi stqarrijiet sbieħ dwar is-solidarjeta` u l-valuri Ewropej, filwaqt li ma jkunx hemm l-għodda biex politika bħal din titwettaq. Il-politika tal-immigrazzjoni ma tistax tkun imħaddma minn pajjiż tal-UE u mhux minn pajjiż membru ieħor. Dan joħloq aktar problemi u jkun impossibbli li l-istati li jmissu mal-fruntieri esterni tal-UE jerfgħu r-responsabilita` kollha. Dawn tal-aħħar inkella jkollhom bżonn riżorsi finanzjarji addizzjonali, anki jekk it-tieni trattat ta’ Dublin ikun fis-seħħ.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL29

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

MHUX AĊĊETTABBLI LI L-FRONTEX JIPPREVALI FUQ IL-KOMPETENZI NAZZJONALI

Mhux aċċettabbli li Frontex ġdid ikollu l-poter jidħol fil-kompetenzi nazzjonali. Ħafna stati li qegħdin imissu mal-Fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea huma ...
Read More

L-ISTATI UNITI MWERWRA MINN ‘TERRORISTI EWROPEJ’

L-Istati Uniti qed tipprova tagħlaq it-toqob li jħallu terroristi jivvjaġġaw lejha b’passaporti Ewropej. Il-Kamra tar-Rappreżentanti Amerikana vvotat biex iżżid il-kontroll ...
Read More

L-AWSTRIJA TIBNI ĦAJT MAS-SLOVENJA

L-Awstrija bdiet tibni ħajt 37km twil u għoli 2 metri matul il-fruntiera tagħha mas-Slovenja. L-Awstrija, bħas-Slovenja, hija membru taż-żona Schengen ...
Read More

413,800 JITOLBU L-AŻIL FL-UE

Kien hemm 413,800 talba għall-ażil fit-tielet kwart tas-sena, id-doppu tat-tielet kwart tas-sena l-oħra. L-għadd ta’ Sirjani u Iraqqini kienu 138,000 ...
Read More

IL-ĠERMANJA TINSISTI LI L-PAJJIŻI TAL-UE JOĦORĠU €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA

Il-Ġermanja qed tinsisti li l-pajjiżi kollha membri tal-UE bejniethom joħorġu s-somma ta’ €3 biljun ewro biex it-Turkija żżomm u tintegra ...
Read More

MEPS MALTIN U ĊIPRIJOTTI F’MINORANZA KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI

It-tnax Ewroparlamentari Maltin u Ċiprijotti vvotaw kontra rapport li jipproponi l-armonizzazzjoni tat-taxxi fil-Parlament Ewropej. Minkejja dan, ir-rapport għadda b’500 vot ...
Read More

SOLUZZJONIJIET EWROPEJ LI JAQBLU GĦAL MALTA

Alfred Sant, Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew insista li Malta għandha bżonn l-aqwa soluzzjonijiet li jaqblu għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħħa u ...
Read More

IĊ-ĊAQLIQ TAL-ĦADDIEMA L-AKTAR GĦADMA IEBSA GĦAR-RENJU UNIT

L-aktar għadma iebsa waqt in-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE hija ċ-ċaqliq liberu tal-ħaddiema. Dan il-punt u għadd ta’ talbiet ...
Read More

JEĦTIEĠ EVALWAZZJONI TAL-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li jeħtieġ evalwazzjoni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU). Dr. Sant qal li lil ...
Read More

IĊ-ĊAVETTA GĦAD-DĦUL TAS-SERBJA FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet l-ewwel żewġ kapitli għad-dħul tas-Serbja fl-Unjoni Ewropea. Dawn huma Kapitlu 13, dak tal-kontroll finanzjarju u Kapitlu 35, ...
Read More

MALTA T-TIELET BL-AKTAR TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO

Għal perijodu Lulju-Settembru l-PGD żdied b’0.3% fiż-żona ewro u b’0.4% fit-28 membru tal-UE, meta kkomparat mal-istess perijodu s-sena l-oħra. Ċifri ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA LIL McDONALD’S

Il-Kummissjoni Ewropea qed tistħarreġ il-possibilita` li l-Lussemburgu uża l-liġi b’tali mod li ffavorixxa l-kumpanija multinazzjonali McDonald’s. Għalhekk iddeċidiet li tiftaħ ...
Read More

IL-LUSSEMBURGU TIKKONSIDRA APPELL KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-Lussemburgu qed jikkonsidra għandux jappella kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ordnatlu jiġbor bejn €20 miljun u €30 miljun mill-kumpanija Fiat ...
Read More

IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA ESTIŻI B’SITT XHUR

Is-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kontra r-Russja mistennija jiġu estiżi b’mod formali għal sitt xhur oħra. Din id-deċiżjoni hija marbuta mal-miżuri kontra ...
Read More

X’INHUMA L-FONDI TERRITORJALI U X’INHU L-ITALJA/MALTA

L-Unjoni Ewropea għandha fondi maħsuba biex jintefqu bejn numru ta’ pajjiżi waqt ħidma jew proġett li jkunu qed jagħmlu flimkien ...
Read More

CHRISTMAS MARKETS

Ix-xitwa fl-Ewropa mhix biss riġida bil-kesħa iżda taf tkun ħelwa wkoll fost oħrajn permezz tal-‘Christmas markets.’ L-aħjar bliet għal ‘Christmas ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment