Grupp ta’ intraprendituri Ingliżi qed iħejju kampanja favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Gazzetta Ingliża rrapportat dan waqt li David Cameron kien qed jipprepara għat-taħdidiet li kien se jkollu mal-mexxejja tal-istati membri l-oħra fi Brussell.

Il-ġurnal Ingliż The Sunday Telegraph rrapporta li f’Settembru l-miljunarji Ingliżi se jniedu kampanja ta’ £20 miljun bl-isem ‘Le Grazzi – Se Mmorru fuq Skala Dinjija’. Fir-Renju Unit diġa` ffurmaw 7 gruppi oħra li fir-referendum tal-2017 se jaħdmu biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE.

Xi delegazzjonijiet, bħal dik Franċiża u dik Ġermaniża jaqblu mal-idea li jkun hemm differenzi fl-integrazzjoni tal-pajjiżi fi ħdan l-UE, imma jisħqu li dawn għandhom isiru fid-dawl tal-prinċipji fundamentali tal-UE fosthom il-liberta` tal-ewropej li jmorru minn post għall-ieħor fi ħdan l-Unjoni.

Facebook Comments

Post a comment