L-UE fi kwistjonijiet importanti, bħall-indirizzar tal-kriżi tal-immigrazzjoni, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-iżbilanċi soċjali, l-UE ma kinitx deċiża f’dawn l-aħħar ħames snin. Ħafna mill-miri tal-Istrateġija Ewropea-2020 baqgħu fuq il-karta. Dan qalu Alfred Sant b’reazzjoni għad-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tal-Unjoni fil-Plenarja ta’ Strasburgu,

Dr Sant fakkar lil Parlament Ewropew li fil-bidu tat-terminu tiegħu fl-2014, il-President Juncker kien qal li “Il-Kummissjoni għandu jkollha impatt kbir fuq kwistjonijiet kbar, u għandha taġixxi biss fejn tkun tista’ tikseb riżultati aħjar milli kieku l-istati membri jaġixxu waħedhom.”

“Għalkemm naqbel ma’ din l-idea, nemmen li sa issa dan ma seħħx. Jekk kien hemm xi attentat immirat lejn din id-direzzjoni, dan ma kienx biżżejjed biex jiġu kkoreġuti d-dgħufijiet tal-Unjoni.”

Dr Sant qal li s-soluzzjoni, kien intqal, kienet “aktar Ewropa”. Din żiedet l-aspettattivi taċ-ċittadini. Sena qabel l-elezzjonijiet Ewropej, iċ-ċittadini għadhom qed iħossuhom ’il bogħod minn dak li jseħħ fi Brussell. F’dinja fejn il-globalizzazzjoni għandha piż, forsi, minħabba skopijiet ekonomiċi, iċ-ċittadini mhux isibu min jirrappreżentahom aħjar fl-istituzzjonijiet Ewropej, iżda qed isibuhom fil-fora politiċi nazzjonali. Għalhekk il-populiżmu f’ħafna pajjiżi tal-UE żied l-appoġġ. Dan mhux se nirribattuh billi nistabilixxu saffi ta’ istituzzjonijiet. Għandna minflok naħdmu lejn konsolidament politiku ġenwin ta’ ftit prijoritajiet fundamentali, qal Alfred Sant.

INVESTIGAZZJONIJIET IVVIZZJATI

Alfred Sant ma ħax sehem fir-riżoluzzjoni kontra l-Gvern Ungeriż ta’ Victor Orban fil-Parlament Ewropew. Sant qal li l-aġir politiċizzat ta’ ...
Read More

700,000 IMMIGRANT JISTENNEW FIL-LIBJA BIEX JAQSMU LEJN L-EWROPA

Gruppi armati li jittraffikaw l-immigranti jinsabu fil-Libja biex jittraffikaw aktar immigranti lejn l-Ewropa. Bħalissa hemm 700,000 immigrant fil-Libja lesti biex ...
Read More

GĦAJNUNA LIL AFRIKA

Franza u tliet pajjiżi tal-Benelux – Belġju, Lussemburgu u Olanda ħabbru pjan biex joffru fondi tal-UE lil pajjiżi Afrikani jekk ...
Read More

MILIZJI KONTRA L-IMMIGRANTI FL-EWROPA ĊENTRALI

L-Awtoritajiet Ċeki u Sloveni jinsabu mħassba dwar milizji armati li qed jgħassu għall-immigranti. Rapport tas-servizzi sigrieti Ċeki jitkellem dwar il-grupp ...
Read More

MIRI FUQ IL-KARTA

L-UE fi kwistjonijiet importanti, bħall-indirizzar tal-kriżi tal-immigrazzjoni, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-iżbilanċi soċjali, l-UE ma kinitx deċiża f’dawn l-aħħar ...
Read More

APPROVATI PROPOSTI TA’ ALFRED SANT

Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu approvat ir-rapport dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal sistema komuni ta’ VAT fir-rigward ta’ skemi speċjali ...
Read More

KONTRA ELEZZJONIJIET FL-UKRAINA TAL-LVANT

L-UE hija kontra l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari li se jseħħu f’Luhansk u Donetsk fil-11 ta’ Novembru 2018. “Din l-aħbar tmur ...
Read More

NIPPROTEĠU L-ARTISTI MALTIN

L-artisti u l-awturi Maltin u Għawdxin, l-imħuħ kreattivi fl-Ewropa u l-media indipendenti għandhom jiġu protetti u mħallsa b’mod ġust għax-xogħol ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment