L-istati Balkani tal-Punent jeħtieġu żieda fil-produttivita` u fit-twettiq tar-riformi qal il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), inkella jridu jgħaddu mitejn sena biex ilaħħqu mal-livell ta’ għixien fl-istati tal-UE.

Albanija, Bosnja u Herzegovina, Maċedonja, Kosovo, Montenegro u s-Serbja qed jinżammu lura mill-istituzzjonijiet dgħajfa tagħhom, mill-korruzzjoni u d-dominanza tal-gvernijiet f’ċertu industriji, qal il-Bank.

Dawn il-pajjiżi għadhom milquta mill-effetti tal-gwerer interni etniċi tas-snin disgħin. Ras għal ras, il-prodott gross domestiku għas-sitt pajjiżi huwa nofs il-medja tal-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa bħal Polonja u l-Ungerija, u kwart dak tal-pajjiżi aktar avvanzati tal-Punent tal-Ewropa.

Il-Bank qal li l-problema ewlenija hija n-nuqqas ta’ produttivita`. Dan jirrifletti snin ta’ nuqqas ta’ investiment, istituzzjonijiet dgħajfa u ambjent kummerċjali diffiċli.

Filwaqt li s-settur privat jibqa’ l-kontributur ewlieni fl-ekonomija għas-sitt pajjiżi, il-gvernijiet jiddominaw industriji ewlenin.

L-attivita` ekonomika mis-settur privat fil-pajjiżi tal-Balkani tlaħħaq biss 60% tal-attivita` privata fl-istati membri tal-UE. Qed ikun stmat li jridu jgħaddu mitejn sena biex l-attivita` ekonomika teqreb lejn dik fl-istati membri tal-UE. Iżda kollox jiddependi minn kemm ikunu indirizzati malajr l-isfidi li jxekklu lil dan ir-reġjun milli jiżviluppa l-potenzjal kollu tiegħu.

Is-sitt pajjiżi jixtiequ jissieħbu fl-UE, li għadha kemm nediet kampanja ta’ integrazzjoni għalihom.

Il-Bank Ewropew ta’ Rikostruzzjoni u Żvilupp twaqqaf fl-1991 u minn dak iż-żmien sar l-ikbar investitur f’dan ir-reġjun b’total ta’ investiment ta’ €10 biljuni. Issa ħabbar €700 miljun għall-infrastruttura tat-toroq fil-Bosnja u Herzegovina.

MALTA M’GĦANDHIEX IĠĠORR PIŻIJIET ŻEJDA TAL-POLITIKA TAD-DIFIŻA TAL-UE

Malta m’għandhiex titgħabba bil-piżijiet żejda tal-politika militari tal-Unjoni Ewropea. Dawk l-istati membri li għażlu li jibqgħu barra mill-politika komuni ta’ ...
Read More

LEJN GWERRA KUMMERĊJALI

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qed jhedded li jimponi taxxa fuq l-importazzjoni tal-karozzi mill-Unjoni Ewropea. Trump qal li pajjiżi oħra ...
Read More

IL-PARLAMENT EWROPEW IĦADDAN IL-BIDLA F’GĦAWDEX

L-Artisti Għawdxin Christopher Saliba, Rachel Galea, Manuel Farrugia u Anthony Caruana qed jesebixxu 24 xogħol tal-arti bit-tema ‘Inħaddnu l-bidla f’Għawdex’, ...
Read More

€150 MILJUN GĦAR-RITORN TAL-IMMIGRANTI

Il-Kummissjoni Ewropea se toħroġ €150 miljun biex tiffinanzja programmi ta’ għajnuna għar-ritorn volontarju tal-immigranti u l-integrazzjoni tagħhom fl-Afrika. €115 miljun ...
Read More

MITEJN SENA BIEX L-ISTATI BALKANI JLAĦĦQU MAL-UE

L-istati Balkani tal-Punent jeħtieġu żieda fil-produttivita` u fit-twettiq tar-riformi qal il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), inkella jridu jgħaddu mitejn ...
Read More

L-AWSTRIJA KONTRA IMPJANT NUKLEARI F’BUDAPEST

L-Awstrija ħadet passi legali fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kontra l-UE għax tat permess lill-Ungerija tkabbar impjant nukleari f’Budapest. L-espansjoni se ssir ...
Read More

PROPOSTI ĠODDA DWAR TASSAZZJONI FL-UE PERIKOLUŻI GĦAL MALTA

Id-dħul finanzjarju li fuqu Malta tiċċarġja t-taxxi jew li huwa taxxabbli se jonqos bin-nofs bi proposta ġdida dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxi ...
Read More

470, 000 PERSUNA FIS-SENA BIL-KANĊER TAL-MUSRANA L-KBIRA FL-EWROPA

Il-kanċer tal-musrana l-kbira huwa t-tieni l-aktar kanċer komuni fl-Ewropa. Kull sena, madwar 470, 000 persuna timrad bih. Nofshom imutu. Filwaqt ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment