Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi miżuri ġodda  fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Qed tipproponi biex isiru aktar kontrolli fuq l-armi u ġlieda aktar qalila kontra t-traffikar illegali tal-armi. Qed tipproponi wkoll biex iddaħħal direttiva li tagħmel is-safar, għal għanijiet terroristiċi, att kriminali. Skont l-Europol, 3, 000 Ewropew marru jiġġieldu fis-Sirja u l-Iraq sal-aħħar tal-2014. Din iċ-ċifra bħalissa telgħet għal 5,000.

Il-Kummissjoni trid li fil-pajjiżi kollha tal-UE, jkun att kriminali jekk persuna ssiefer biex tikseb taħriġ għal għanijiet terroristiċi jew tinċita, kif ukoll ixxandar propaganda favur it-terroriżmu. Min jgħin permezz ta’ flus u materjal ieħor, jagħti kenn, joffri servizzi, assi, mezzi ta’ trasport u l-bqija, wkoll ikun ħati ta’ att kriminali.

Bid-direttiva l-Kummissjoni tixtieq tiddefinixxi sew il-kliem ‘att terroristiku’ biex ma jkunx hemm interpretazzjonijiet differenti dwar x’inhu u x’mhux att kriminali f’dan il-qasam. Rigward l-armi, il-pjan tal-Kummissjoni huwa li jissaħħu l-miżuri kontra l-importazzjoni illegali tal-armi u li jkun hemm aktar kooperazzjoni ma’ pajjiżi li minnhom jiġu l-armi, l-aktar mal-Balkani, l-Libja, il-Lvant Nofsani, it-Turkija u l-Ukraina. Il-Kummissjoni qed tissuġġerixxi aktar kontrolli fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll aktar tixrid ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL28

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI TIBQA’ L-IKBAR UĠIGĦ TA’ RAS

L-Ungerija se titla’ fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE biex tappella kontra s-sistema ta’ kwoti obbligatorji għall-immigranti. Dan wara li l-parlament Ungeriż għadu ...
Read More

MIŻURI ĠODDA KONTRA T-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi miżuri ġodda  fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Qed tipproponi biex isiru aktar kontrolli fuq l-armi u ġlieda aktar ...
Read More

FRANZA TFITTEX IS-SOLIDARJETÀ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-Ġermanja ħabbret li se tagħti għajnuna militari lil Franza fil-ġlieda kontra l-ISIS, fosthom frejgata biex tassisti lill-aircraft carrier Franċiż Charles ...
Read More

NEFQA TA’ €600 MILJUN AKTAR GĦAL FRANZA

Il-Gvern Franċiż qal li se jonfoq €600 miljun aktar fl-2016 biex iżid il-miżuri ta’ sigurta`. B’dawn il-flus, l-istat Franċiż beħsiebu ...
Read More

L-AFRIKA GĦANDHA BŻONN ‘MARSHALL PLAN’

L-Ewropa aljenata wisq bi kriżijiet oħra biex tħaddem pjan ta’ għajnuna simili għall-Marshall Plan għall-pajjiżi Afrikani, pjan li fih l-aġenziji ...
Read More

€150 MILJUN GĦAL PROĠETTI FL-AFRIKA

L-UE se tinvesti €150 miljun f’disa’ proġetti fl-Afrika bil-ħsieb li titjieb il-governanza, id-drittijiet umani, kif ukoll l-innovazzjoni u t-tagħlim fil-kontinent ...
Read More

IL-GRIEGI U T-TOROK IMĦASSBA DWAR IL-FRUNTIERI

Il-Prim Ministru Grieg Tsipras u l-Prim Ministru Tork Davutoglu wiegħdu li se jagħmlu mill-aħjar biex jikkontrollaw il-mewġ ta’ immigranti li ...
Read More

IS-SITT MEPS MALTIN KONTRA L-PROPOSTI ĠODDA TAT-TAXXI TAL-UE

Is-sitt membri parlamentari Maltin ivvotaw kontra proposti ġodda li jġibu l-istess sistema ta’ tassazzjoni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, ...
Read More

L-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI : IS-SINSLA TAL-EKONOMIJA TAL-UE

Is-sinsla tal-ekonomija Ewropea u tal-ħolqien tal-impjiegi huma l-intrapriżi żgħar u medji. 9 minn kull 10 intrapriżi fl-Unjoni Ewropea jimpjegaw anqas ...
Read More

IT-TURKIJA WARA L-BIEB

Wara suluzzu twil ħafna snin, l-UE mistennija tiftaħ kapitli ġodda ta’ negozjati biex it-Turkija ssir membru sħiħ tal-UE, fosthom kapitlu ...
Read More

L-ESKLUŻJONI TAN-NISA XXEKKEL L-IŻVILUPP TAS-SOĊJETA’

L-esklużjoni tan-nisa minn pożizzjonijiet operazzjonali u ta’ deċiżjoni xxekkel l-iżvilupp tas-soċjeta’. Dan qalu Dr. Alfred Sant, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament ...
Read More

IL-FONDI GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

L-Unjoni Ewropea għandha fondi li jiffinanzjaw proġetti għall-iżvilupp u t-titjib fir-reġjuni differenti tagħha. Dawn jissejħu fondi għall-iżvilupp reġjonali u jistgħu ...
Read More

L-EFFETTI TAL-AGRIKOLTURA

L-agrikoltura waslet fl-Ewropa madwar 8, 500 sena ilu. Permezz tagħha, il-bnedmin ta’ dak iż-żmien bidlu l-mod ta’ għixien tagħhom u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment