L-Unjoni Ewropea laqqgħet grupp tal-ġganti Ewropej tal-enerġija bħal OMV, Eni, Fluxys u Engie bil-għan li l-ewro tieħu post id-dollaru Amerikan fil-ħlasijiet taż-żejt u prodotti oħra relatati mal-enerġija.
L-UE hija l-ikbar importatriċi tal-enerġija b’medja ta’ €300 biljun kull sena. Madwar 85% ta’ dan l-ammont jitħallas bid-Dollaru Amerikan.
Din il-mossa ġiet wara li l-Istati Uniti irtirat mill-ftehim nukleari tal-Iran u imponiet sanzjonijiet finanzjarji fuq dan il-pajjiż minħabba t-theddida kontra l-Iżrael. Il-Gvern Amerikan qal li irtira mill-ftehim ukoll minħabba l-appoġġ ta’ Tehran għal gruppi terroristiċi bħal Hezbollah u Hamas u lejn il-Mexxej Sirjan Bashar al-Assad.
Din il-mossa ġiegħlet kumpaniji Ewropej jitilqu mill-Iran minħabba biża’ ta’ riperkussjonijiet fuqhom mill-Amerikani. Bħalissa d-dollaru Amerikan jiddomina s-swieq finanzjarji.
Fil-bidu ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni Ewropea addottat il-komunikat “Lejn Ewro bi rwol internazzjonali aktar b’saħħtu”.
Il-Kummissjoni mistennija tagħlaq il-konsultazzjonijiet f’Marzu biex toħroġ rapport fl-aħħar tas-sajf 2019.
NIDDEFENDU LIŻ-ŻGĦIR FIL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
L-ISTATI UNITI U L-EWROPA MA JAQBLUX DWAR L-IRAN
Read More
NEGOZJU TAŻ-ŻEJT BL-EWRO
Read More
ELEZZJONI QABEL IŻ-ŻMIEN GĦAL SPANJA
Read More
IL-ĦIDMA AGRARJA JIXIRQILHA KULL APPOĠĠ
Read More
IL-QGĦAD FI FRANZA JMISS IL-QIEGĦ
Read More
DAQSHEKK PRODUZZJONI TAL-AIRBUS
Read More
L-ARABJA SAWDIJA FIL-LISTA S-SEWDA
Read More
Post a comment