Il-Partit Laburista se jibqa’ jiddefendi liż-żgħir fil-Parlament Ewropew. Dan qalu l-MEP Alfred Sant, waqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħuda fl-Unjoni Ewropea jaffettwawna bil-kbir f’Malta u f’Għawdex.

“Allura hu importanti li min jirrappreżentana fl-Ewropa jkun tassew qed jiġġieled għall-interess tal-familji Maltin u Għawdxin… speċjalment dawk taż-żgħar, taż-żgħażagħ u tal-anzjani.” qal Sant fiċ-Ċentru Laburista tal-Isla waqt attivita` soċjali organizzata minn Joeline Attard, kandidata għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-lokal.

Dr Sant qal li huwa minnu li l-kisbiet favur il-ħaddiema fl-Ewropa kienu nfirxu u saru ideal ta’ ġustizzja soċjali li kien qed jitwettaq. Imbagħad l-affarijiet inbidlu. Iżda fl-aħħar snin, mill-Ewropa qamu forzi li riedu jnaqqsu l-benefiċċji soċjali. Riedu jreġġgħuhom lura.

“Aħna tal-Partit Laburista, kif għamilna f’Malta u Għawdex, irridu nibqgħu nagħfsu fl-Ewropa wkoll biex il-ħeġġa favur min hu minn taħt, u jeħtieġlu u jixraqlu l-għajnuna, jingħata l-aqwa importanza. Sħabi u jien hekk għamilna fl-aħħar ħames snin fil-Parlament Ewropew. Tal-Labour jeħtieġ li jirbħu l-aqwa appoġġ, ma jitilfux vot wieħed, ħalli nsostnu l-impenn favur Ewropa soċjali. Niżguraw li kulħadd joħroġ jivvota u jagħmel hekk għall-kandidati Laburisti kollha.”

Alfred Sant qal li għall-ħames snin li ġejjin irridu nsostnu dan l-impenn biex l-Ewropa tkun forza li ssaħħaħ l-impenn soċjali, mhux tnaqqsu.

NIDDEFENDU LIŻ-ŻGĦIR FIL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Partit Laburista se jibqa’ jiddefendi liż-żgħir fil-Parlament Ewropew. Dan qalu l-MEP Alfred Sant, waqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħuda fl-Unjoni ...
Read More

L-ISTATI UNITI U L-EWROPA MA JAQBLUX DWAR L-IRAN

IL-Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence saħaq li l-pajjiżi Ewropej għandhom jimitaw lil pajjiżu u jirtiraw mill-ftehim nukleari tal-2015 mal-Iran ...
Read More

NEGOZJU TAŻ-ŻEJT BL-EWRO

L-Unjoni Ewropea laqqgħet grupp tal-ġganti Ewropej tal-enerġija bħal OMV, Eni, Fluxys u Engie bil-għan li l-ewro tieħu post id-dollaru Amerikan ...
Read More

ELEZZJONI QABEL IŻ-ŻMIEN GĦAL SPANJA

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez ħabbar elezzjoni bikrija fit-28 ta’ April, 9 xhur biss minn mindu sar Prim Ministru, wara li ma ...
Read More

IL-ĦIDMA AGRARJA JIXIRQILHA KULL APPOĠĠ

L-MEP Laburista Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu għall-ħidma agrarja ta’ familja tal-bdiewa minn Ħad-Dingli li jaħdmu art agrikola fil-wied tar-raħal ...
Read More

IL-QGĦAD FI FRANZA JMISS IL-QIEGĦ

Il-qgħad fi Franza niżel fl-inqas livelli mill-2009 lil hawn. Dan minkejja d-dimostrazzjonijiet ta’ dawk imlaqqma bħala tal-'ġakketta safra' u minkejja ...
Read More

DAQSHEKK PRODUZZJONI TAL-AIRBUS

Airbus ħabbret li sal-2021 tkun waqfet il-produzzjoni tal-A380 , l-ikbar ajruplan tal-passiġġieri. Dan wara li l-linja tal-ajru Emirates naqqset il-flotta ...
Read More

L-ARABJA SAWDIJA FIL-LISTA S-SEWDA

Il-Kummissjoni Ewropea żiedet l-Arabja Sawdija fil-lista s-sewda minħabba r-rifjut tagħha li twaqqaf il-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus. Entitajiet Ewropej li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment