Kelliem għal Kummissjoni Ewropea u Kummissarju Ewropew għal Ġustizzja Vera Jourova għażlet li ma tikkummentax wara li Alfred Sant iddikjara li l-Kummissjoni taqbad ma’ banek żgħar fi stati membri żgħar bħal Malta, iżda tagħlaq għajnejha għall-atti kriminali li jsiru mill-banek Ewropej il-kbar. Il-KE qalet lil KYC 360, website finanzjarja li ‘Il-Kummissjoni ma tikkummentax fuq kummenti’.

KYC360 irrapportat li l-KE ġiet akkużata mill-ex Prim Ministru Malti li hija preġudikata dwar investigazzjonijiet ta’ attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus.

“Alfred Sant semma speċifikament lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Vera Jourova, u qal li qatt ma ssemmi ġganti bankarji involuti fi skandli ta’ ħasil ta’ flus, bħal Deutsche Bank, iżda tagħżel minflok li tiffoka fuq banek żgħar ibbażati f’pajjiżi bħal Malta.”

Alfred Sant qal lil KYC360 li Jourova kienet kuntenta tiftaħ investigazzjoni b’ħafna pubbliċita`, għal każ relattivament żgħir tal-Bank Pilatus f’Malta kif ukoll fil-każ tas-settur finanzjarju relattivament żgħir ta’ Malta iżda m’għamlitx l-istess dwar Danske u Deutsche Bank.

Kemm Deutsche u kemm Danske Bank tħammġu fi skandli ta’ ħasil ta’ flus. Is-sena l-oħra Deutsche qabel li jħallas lil Awtoritajiet Brittaniċi u Amerikani s-somma ta’ €620 miljun  f’penalitajiet. Riċentement Danske Bank qal li l-fergħa tiegħu fl-Estonja ipproċessat madwar €200 biljun ta’ flus ta’ oriġini suspettużi fuq numru ta’ snin.

TISSAĦĦAĦ IL-PARTNERSHIP BEJN L-IŻVIZZERA U L-UE

L-Iżvizzera u l-UE għaddejjin b'diskussjonijiet biex ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali f'oqsma ġodda, l-aktar fil-qasam tal-enerġija, saħħa pubblika, l-agrikoltura u drittijiet ...
Read More

IL-HOUSE OF COMMONS TIDDEĊIEDI FIL-11 TA’ DIĊEMBRU   

Il-Parlament Brittaniku se jkun qiegħed jiddeċiedi dwar il-ftehim li ntlaħaq dwar id-divorzju tad-29 ta' Marzu 2019 f'nofs ix-xahar id-dieħel, aktarx ...
Read More

‘NO COMMENT’

Kelliem għal Kummissjoni Ewropea u Kummissarju Ewropew għal Ġustizzja Vera Jourova għażlet li ma tikkummentax wara li Alfred Sant iddikjara ...
Read More

PROĊEDURI KONTRA L-ITALJA

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċeduri dixxiplinari kontra l-Italja wara li l-Gvern Taljan irrifjuta li jippreżenta abbozz tal-baġit li jaqbel mar-regoli tal-UE ...
Read More

GRUEVSKI PROTETT FL-UNGERIJA

Nikola Gruevski, Ex-Prim Ministru tal-Maċedonja ikkundannat b’reati ta’ korruzzjoni f’pajjiżu, qed jingħata ażil politiku fl-Ungerija. Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob spjegazzjoni ...
Read More

‘OPERAZZJONI SOPHIA’  FIL-PERIKLU

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qed titfa’ pressjoni fuq il-pajjiżi tal-UE biex isibu soluzzjoni fuq il-kwistjoni tal-inżul fil-portijiet ...
Read More

L-EBDA FTEHIM DWAR TAXXI GĦAS-SUQ DIĠITALI

Il-Kummissarju Ewropew għat-Tassazzjoni Pierre Moscovici qal li huwa improbabbli li jintlaħaq qbil dwar it-tassazzjoni għas-suq diġitali bejn il-kapijiet tal-pajjiżi tal-UE ...
Read More

BENEFIĊĊJI SOĊJALI GĦAR-REFUĠJATI KOLLHA

Ir-refuġjati huma intitolati għal benefiċċji soċjali ugwali, kemm jekk ikollhom permess ta' residenza permanenti u kemm jekk il-permess tagħhom ikun ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment